Wirja tal-Gimgha Mqaddsa 2012

Lil min tikkoncerna:
 
L-Ghaqda Wirjiet San Guzepp Haddiem ta' Birkirkara ser tkun qed torganizza, ghall-erbatax-il sena konsekuttiva, il-wirja annwali tal-Gimgha Mqaddsa. 
 
Il-wirja, li din is-sena giet imsemmija “Aghmlu dan b’tifkira tieghi", hija wirja kollettiva, bil-partecipazzjoni ta' ghadd gmielu ta' esebituri ta' kull eta`, fil-bicca l-kbira taghhom Karkarizi residenti fil-Parrocca ta' San Guzepp Haddiem.
 
Fost l-oggetti esebiti f' din il-wirja wiehed jista' jsib Cenaklu fuq stil Lhudi, ghadd ta' settijiet ta' statwi tal-Gimgha l-Kbira, mahdumin minn statwarji varji, simboli tal-passjoni fil-fliexken u bozoz, mudell ta' Golgota b' 'il fuq minn mija u hamsin statwa, mudell ta' knisja armata bil-vari tal-Gimgha l-Kbira, platti bis-smid, ross, ghagin u serratura, kif ukoll diversi oggetti sagri, kwadri u simboli ohra konnessi mal-Gimgha l-Kbira.
 
Attrazzjonijiet ohra f' din il-wirja jinkludu vestwarju u simboli tar-Rumani, korp antik ta' Kristu Mejjet, stmat li ghandu 'l fuq minn 250 sena u anke mudell ta' purcissjoni tipika tal-Gimgha l-Kbira, komplut bl-istatwi u l-personaggi kollha li wiehed normalment isib fil-purcissjonijiet tradizzjonali tal-Gimgha l-Kbira.  Dan kollu wiehed jista' jarah taht saqaf wiehed go sala kbira.
 
Il-wirja ser tinfetah ufficjalment nhar il-Hadd 25 ta Marzu fl-10.00 a.m. u titbierek mill-kappillan tal-Parrocca San Guzepp Haddiem, ir-Rev. Dun Josef Mifsud.  Fil-ftuh ser jintwera wkoll feature qasir dwar il-Gimgha l-Kbira u l-wirja.
 
Il-wirja tiftah kuljum mid-9.00 a.m. sa' 12.00 p.m. u mill-4.00 p.m. sad-9.00 p.m.  Nhar Hamis ix-Xirka (5 t' April) il-wirja tiftah mid-9.00 a.m. sa' 12.00 p.m. u mill-4.00 p.m. sa' 12.00 a.m., filwaqt li nhar il-Gimgha l-Kbira (6 t' April), tiftah mid-9.00 a.m. sas-1.00 p.m. u mill-4.00 p.m. sas-6.00 p.m. Sibt il-Ghid u Hadd il-Ghid tiftah mid-9.00 a.m. sa' 12.00 p.m. u mill-4.00 p.m. sad-9.00 p.m.
 
Flimkien ma din l-email, ghandek issib anness il-poster ufficjali tal wirja u mappa ta’ kif tista’ tasal ghac-Centru Parrokkjali San Guzepp Haddiem.  Ghal aktar informazzjoni wiehed jista  jidhol fuq is-sit ufficjali tal-Ghaqda Wirjiet San Guzepp Haddiem, wirjasgh.webs.com.

Dejjem Tieghek
CLAYTON JOSEPH MIFSUD
 
Ghaqda Wirjiet Parrocca San Guzepp Haddiem
c/o 112, Triq il-Karmnu, Birkirkara
 

 

kaizenlogadmin (2863 Posts)

I am Peter, a blogger, SEO and social media person who has an interest in E-commerce, ERP and CMS systems. You can contact me by e-mail: kaizenlog@gmail.com