Nhar il-Hadd li gej, 25 ta' Marzu fl-10.00 a.m. ser tinfetah ufficjalment il-wirja annwali tal-Gimgha Mqaddsa organizzata mill-Ghaqda Wirjiet San Guzepp Haddiem ta' Birkirkara, li ser tkun qed torganizza din il-wirja ghall-erbatax-il sena konsekuttiva.
Il-wirja, li din is-sena giet imsemmija “Aghmlu dan b’tifkira tieghi", hija wirja kollettiva, bil-partecipazzjoni ta' ghadd gmielu ta' esebituri ta' kull eta`, fil-bicca l-kbira taghhom Karkarizi residenti fil-Parrocca ta' San Guzepp Haddiem.
Fost l-oggetti esebiti f' din il-wirja wiehed jista' jsib Cenaklu fuq stil Lhudi, ghadd ta' settijiet ta' statwi tal-Gimgha l-Kbira, mahdumin minn statwarji varji, simboli tal-passjoni fil-fliexken u bozoz, mudell ta' Golgota b' 'il fuq minn mija u hamsin statwa, mudell ta' knisja armata bil-vari tal-Gimgha l-Kbira, platti bis-smid, ross, ghagin u serratura, kif ukoll diversi oggetti sagri, kwadri u simboli ohra konnessi mal-Gimgha l-Kbira.
Attrazzjonijiet ohra f' din il-wirja jinkludu vestwarju u simboli tar-Rumani, korp antik ta' Kristu Mejjet, stmat li ghandu 'l fuq minn 250 sena u anke mudell ta' purcissjoni tipika tal-Gimgha l-Kbira, komplut bl-istatwi u l-personaggi kollha li wiehed normalment isib fil-purcissjonijiet tradizzjonali tal-Gimgha l-Kbira. Dan kollu wiehed jista' jarah taht saqaf wiehed go sala kbira.
Il-wirja tiftah kuljum mid-9.00 a.m. sa' 12.00 p.m. u mill-4.00 p.m. sad-9.00 p.m. Nhar Hamis ix-Xirka (5 t' April) il-wirja tiftah mid-9.00 a.m. sa' 12.00 p.m. u mill-4.00 p.m. sa' 12.00 a.m., filwaqt li nhar il-Gimgha l-Kbira (6 t' April), tiftah mid-9.00 a.m. sas-1.00 p.m. u mill-4.00 p.m. sas-6.00 p.m. Sibt il-Ghid u Hadd il-Ghid tiftah mid-9.00 a.m. sa'12.00 p.m. u mill-4.00 p.m. sad-9.00 p.m.
Kulhadd huwa mistieden jattendi ghall-ftuh tal-wirja jew li jzur il-wirja f' xi gurnata ohra. Id-dhul huwa kompletament b' xejn.









