IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U L-INVESTIMENT, L-ONOR. JASON AZZOPARDI, JATTENDI GĦAL-LAQGĦA TAL-MINISTRI TAL-FINANZI TA’ L-ASJA U L-EWROPA FIL-KOREA T’ISFEL
Posted by: kaizenlog in Malta, tags: IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU TAL-FINANZI, JATTENDI GĦAL-LAQGĦA TAL-MINISTRI TAL-FINANZI TA’ L, L-EKONOMIJA U L-INVESTIMENT, L-ONOR. JASON AZZOPARDINru. 0845
IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U L-INVESTIMENT, L-ONOR. JASON AZZOPARDI, JATTENDI GĦAL-LAQGĦA TAL-MINISTRI TAL-FINANZI TA’ L-ASJA U L-EWROPA FIL-KOREA T’ISFEL
Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment, Dr. Jason Azzopardi, illum ħalla Malta għall-Korea t’Isfel fejn se jkun qiegħed jipparteċipa fit-tminn laqgħa tal-Ministri tal-Finanzi ta’ l-Asja u l-Ewropa magħrufa bħala ASEM.
Matul din il-Konferenza, l-Onor. Jason Azzopardi se jkun qed jipparteċipa flimkien ma’ madwar 40 parteċipant ieħor, inkluż Ministri tal-Finanzi tal-Ewropa u l-Asja u Kapijiet ta’ korporazzjonijiet internazzjonali. Matul din il-laqgħa, il-parteċipanti se jiddiskutu bejniethom il-koperazzjoni li għandu jkun hemm bejn l-Asja u l-Ewropa. It-tema prinċipali tal-laqgħa se tkun ‘L-Asja, l-Ewropa, u l-futur ta’ l-Integrazzjoni Ekonomika Reġjonali’ filwaqt li l-għan huwa li permezz ta’ diskussjonijiet jintlaħaq livell ta’ relazzjoni koperattiva bejn dawn iż-żewġ kontinenti.
Welcome to Kaizenlog.com If you're new here, you may want to subscribe to my RSS feed , Twitter You can contact us by using the contact form or submitting a comment. You can also share this post with your friends by clicking on the 'ShareThis' button above. Thanks for visiting!









Entries (RSS)