ANQAS PIŻIJIET TA’ RAPPURTAĠĠ GĦALL-INTRAPRIŻI ŻGĦAR IMĦABBRA MILL-MINISTRU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT WAQT IL-FTUĦ TA’ L-UFFIĊĊJI TA’ ECOVIS MALTA
Posted by: kaizenlog in Malta, tags: ANQAS PIŻIJIET TA’ RAPPURTAĠĠ GĦALL-INTRAPRIŻI , L-EKONOMIJA U INVESTIMENT WAQT IL-FTUĦ TA’ L-UFFIĊWelcome to Kaizenlog.com If you're new here, you may want to subscribe to my RSS feed , Twitter You can contact us by using the contact form or submitting a comment. Thanks for visiting!
IT-TLIETA, IS-17 TA’ ĠUNJU 2008
Nru. 0860
ANQAS PIŻIJIET TA’ RAPPURTAĠĠ GĦALL-INTRAPRIŻI ŻGĦAR IMĦABBRA MILL-MINISTRU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT WAQT IL-FTUĦ TA’ L-UFFIĊĊJI TA’ ECOVIS MALTA
Il-Gvern se jkun qed jissimplifika l-ħajja ta’ l-intrapriżi ż-żgħar billi jnaqqas il-ħtiġijiet ta’ rappurtaġġ finanzjarju, u b’hekk inaqqas il-ħin u l-ispejjeż tagħhom filwaqt li dawn xorta jżommu l-istandards meħtieġa minn dawk li jagħmlu użu mid-dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati tagħhom.
Għan-negozji żgħar, dan se jfisser anqas burokrazija u spejjeż, u b’hekk ikollhom aktar opportunitajiet biex jikbru u joħolqu x-xogħol. Dan tħabbar mill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech waqt diskors li għamel matul l-inawgurazzjoni ta’ Ecovis Malta, kumpanija internazzjonali oħra ta’ l-ogħla kwalità li għażlet li tafda lil Malta fid-deċiżjoni tagħha li tespandi n-negozju globali tagħha.
Listen to this podcast









Entries (RSS)