Posts Tagged “JUM IL-PEPRINA”


 

 

 

 

 

Nru. 1693

 

 

JUM IL-PEPRINA

 

 

Numru ta’ tfal mill-iskola Primarja tal-Furjana, parti mill-Kulleġġ San Gorg Preca, u numru ta’ tfajliet mill-Kulleġġ Maria Reġina Skola Sekondarja Bniet tal-Mosta ħadu sehem f’attivita’ taħt il-Qanpiena ta’ l-Assedju l-Kbir biex jiġu mfakkra dawk li ħadu sehem fl-ewwel u t-tieni gwerra dinjija.  Fil-11 ta’ Novembru 1918 intemmet l-ewwel gwerra dinjija u għalhekk f’diversi pajjiżi madwar id-dinja din il-ġurnata titfakkar bħala Jum il-Peprina (Poppy Day) jew Jum it-Tifkira (Remembrance Day). L-attivita` ġiet organizzata mill-Minsteru u d-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni u fiha l-istudenti kantaw u qraw siltiet marbuta ma’ l-okkażjoni.

Comments No Comments »