Posts Tagged “IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU PUBBLIKU U L-I”


Nru. 0661

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU PUBBLIKU U L-INFORMAZZJONI F’LAQGĦAT TA’ KONSULTAZZJONI

L-Onor. Chris Said, Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Pubbliku u l-Informazzjoni kompla bis-sensiela ta’ laqgħat ta’ konsultazzjoni mal-Kummissjonijiet u Organizazzjonijiet rappreżentati fuq il-kumitat tas-Soċjetà Ċivili fil-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali.

Illum l-Onor. Said kellu żewġ laqgħat separati mal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni ta’ l-Ugwaljanza għall-Irgiel u Nisa u mal-Kunsill Nazzjonali ta’ l-Anzjani.

F’dawn il-laqgħat ġew diskussi diversi punti fosthom is-sehem ta’ dawn iż-żewġ entitajiet fi ħdan il-kumitat tas-Soċjetà Ċivili fl-MCESD, is-sehem tagħhom fit-twaqqif tal-MEUSAC u l-ħidma ġenerali ta’ dawn il-kummissjonijiet.

Welcome to Kaizenlog.com If you're new here, you may want to subscribe to my RSS feed , Twitter You can contact us by using the contact form or submitting a comment. You can also share this post with your friends by clicking on the 'ShareThis' button above. Thanks for visiting!

Comments No Comments »