AD: “Il-Gvern ghandu jispjega ghaliex nehha l-eko-incentivi”
Posted by: kaizenlog in Malta, tags: AD: "Il-Gvern ghandu jispjega ghaliex nehha l-eko-incenPress Release
07/05/2008
AD: “Il-Gvern ghandu jispjega ghaliex nehha l-eko-incentivi”
Fi stqarrija illum, kelliema ta’ Alternattiva Demokratika - The Green Party, esprimew it-thassib taghhom ghat-tnehhija habta u sabta ta’ l-eko-incentivi ghall-konsumaturi li jaghzlu li jakkwistaw appliances li juzaw l-elettriku b’mod aktar efficjenti.
Il-Kelliem ta’ l-AD dwar l-izvilupp sostenibbli, l-Perit Carmel Cacopardo qal: ” L-eko-incentivi jippremjaw lil dawk il-konsumaturi li jaghmlu ghazliet bil-ghaqal. Min jixtri appliances li jahlu anqas elettriku, minbarra li jkun qieghed jonfoq anqas f’kontijiet ikun qed jghin lis-socjeta kollha kemm hi billi jghin biex jonqos it-tniggis u anke l-uzu ta’ energija elettrika, li kif nafu tiswa lill-pajjiz miljuni ta’ Ewro fis-sena. L-eko-incentivi fuq appliances aktar efficjenti huwa strument tajjeb u l-gvern ghandu jaghti spjegazzjoni cara ghaliex mar lura kuq kelmtu u nehha dawn l-incentivi f’daqqa wahda.”
Welcome to Kaizenlog.com If you're new here, you may want to subscribe to my RSS feed , Twitter You can contact us by using the contact form or submitting a comment. You can also share this post with your friends by clicking on the 'ShareThis' button above. Thanks for visiting!









Entries (RSS)