Parroċċa San Ġużepp Ħaddiem Birkirkara – Festa Madonna tar-Rużarju
Nhar il-Ġimgħa 12 t' Ottubru tiġi ċċelebrata l-festa tal-Madonna tar-Rużarju fil-Parroċċa San Ġużepp Ħaddiem f' Birkirkara.
Fis-6.30 p.m. toħroġ il-purċissjoni bil-vara tal-Madonna mill-Knisja Parrokkjali ta' San Ġużepp Ħaddiem fi Triq Bwieraq, Birkirkara. Il-purċissjoni tieħu l-forma ta' pellegrinaġġ 'aux flambeaux' u tgħaddi minn diversi toroq tal-parroċċa.
Meta l-purċissjoni tasal fi Triq Gori Mancini (it-triq ta' quddiem il-knisja), issir quddiesa fil-beraħ, iċċelebrata mill-Kappillan Dun Josef Mifsud. Wara l-quddiesa, l-vara tal-Madonna tiddaħħal lura fil-Knisja Parrokkjali.
F' każ li t-temp ma jkunx jippermetti, il-quddiesa ssir xorta waħda fil-Knisja Parrokkjali.
Kulħadd huwa mħeġġeġ jattendi.







