Nru. 0904

L-AZZJONIJIET INDUSTRJALI FL-UNIVERSITA’: IL-GVERN JIBQA’ JURI R-RIEDA TAJBA TIEGĦU BIEX JINTLAĦAQ FTEHIM

Bħalma dejjem għamel, il-Gvern lest li jibqa’ juri rieda tajba sabiex tinstab soluzzjoni fil-kwestjoni bejn l-Universita’ u l-lecturers rappreżentati mill-UMASA u l-MUT. Minkejja li l-bieraħ waqt laqgħa ta’ konċiljazzjoni, imsejħa mill-Universita’, il-unions ma rtirawx id-direttivi kollha li ħarġu lill-membri tagħhom, xorta waħda l-Gvern lest li jgħaddi l-kontroproposti tiegħu lill-unions appena dawn jirtiraw kompletament l-imsemmija direttivi.

Hi prattika magħrufa li l-Gvern ma jidħolx f’diskussjonijiet ma’ unions sakemm ikun għad hemm fis-seħħ xi azzjonijiet industrjali.

Min-naħa tagħhom il-unions irtiraw id-direttivi fir-rigward ta’ l-istudenti universitarji ta’ l-aħħar sena tal-korsijiet rispettivi iżda ħallewhom fil-konfront ta’ l-istudenti l-oħra kollha.

Fil-laqgħa ta’ konċiljazzjoni li saret il-bieraħ kien hemm qbil dwar kif għandhom ikomplu l-laqgħat bejn iż-żewġ naħat bit-tama li jintlaħaq ftehim finali.

Ta’ min igħid li f’Diċembru li għadda, il-Gvern, f’ġest ta’ rieda tajba, lahaq ftehim ‘interim’ li permezz tiegħu l-membri ta’ li staff akkademiku ta’ l-Universita’ ħadu żjieda fis-salarju li ammontat għal 13.5% fis-salarju tal-lecturers.

Dan sar bl-iskop li ż-żewġ partijiet ikunu jistgħu jinnegozjaw ftehim kollettiv mingħajr pressjoni żejda.

Il-Gvern ikompli jħeġġeġ lill-Unions konċernati biex ineħħu d-direttivi kompletament u jersqu għad-diskussjoni skond kif miftiehem fil-laqgħa ta’ konċiljazzjoni, għall-ġid ta’ l-istudenti tagħna.

DOI – 25.06.2008

No TweetBacks yet. (Be the first to Tweet this post)

Welcome to Kaizenlog.com If you're new here, you may want to subscribe to my RSS feed , Twitter You can contact us by using the contact form or submitting a comment. You can also share this post with your friends by clicking on the 'ShareThis' button above. Thanks for visiting!



Print This Post Print This Post





  • Related Posts



  • Leave a Reply

    Twitter Users!
    Enter your personal information in the form or sign in with your Twitter account by clicking the button below.