Welcome to Kaizenlog.com If you're new here, you may want to subscribe to my RSS feed , Twitter You can contact us by using the contact form or submitting a comment. Thanks for visiting!

Nru. 0865

KJARIFIKA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI DWAR IT-TOBBA FIS-SETTUR PUBBLIKU

B’referenza għall-istqarrija li ħarġet l-Assoċjazzjoni Medika Maltija datata 17 ta’ Ġunju 2008, il-Ministeru għall-Politika Soċjali jixtieq jgħid illi ta risposta preċiża għall-mistoqsija li saritlu fil-Parlament.

Fil-fatt fil-mistoqsija Parlamentari numru 799, il-Ministru kien mistoqsi “Jista’ l-Ministru jgħid kemm tobba li ggradwaw mill-Universita’ ta’ Malta fl-aħħar ħames snin għadhom impjegati mas-settur pubbliku?” u “Kemm minnhom ġeddew il-liċenzja tal-Kunsill Mediku din is-sena?”

Il-Ministru fir-risposta tiegħu ta ċ-ċifra tan-numru ta’ tobba li ggradwaw minn l-2003 sa l-2007, sena sena, kif tidher hawn taħt:

Sena Tobba Gradwati Għadhom fis-Servizz
2003 34 29
2004 65 58
2005 61 60
2006 44 44
2007 52 52
Wieħed jista’ jinnota kif kemm fl-2006 u fl-2007 dawk kollha li ggradwaw għadhom fis-Servizz Pubbliku. Din l-istatistika tinkludi lil dawk li jinsabu fuq xi forma ta’ leave peress illi huma xorta waħda għadhom jagħmlu parti mis-Servizz Pubbliku, kif wara kollox kien ġie mistoqsi fil-Parlament.

Ir-risposta tal-Ministru fil-Parlament tgħid ukoll li din is-sena kull tabib impjegat mas-Settur Pubbliku ġedded il-liċenzja mal-Kunsill Mediku.

Id-dettalji l-oħra li tat il-MAM fl-istqarrija tagħha huma ta’ interess imma ma kinux relevanti għall-mistoqsija li saret.
DOI - 17.06.2008

Popularity: 1% [?]

Listen to this podcast Listen to this podcast

Print This Post Print This Post





  • Related Posts



  • Leave a Reply

    Comment moderation is enabled. Your comment may take some time to appear.