ANQAS PIŻIJIET TA’ RAPPURTAĠĠ GĦALL-INTRAPRIŻI ŻGĦAR IMĦABBRA MILL-MINISTRU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT WAQT IL-FTUĦ TA’ L-UFFIĊĊJI TA’ ECOVIS MALTA
Posted by: kaizenlog in Malta, tags: ANQAS PIŻIJIET TA’ RAPPURTAĠĠ GĦALL-INTRAPRIŻI , L-EKONOMIJA U INVESTIMENT WAQT IL-FTUĦ TA’ L-UFFIĊIT-TLIETA, IS-17 TA’ ĠUNJU 2008
Nru. 0860
ANQAS PIŻIJIET TA’ RAPPURTAĠĠ GĦALL-INTRAPRIŻI ŻGĦAR IMĦABBRA MILL-MINISTRU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT WAQT IL-FTUĦ TA’ L-UFFIĊĊJI TA’ ECOVIS MALTA
Il-Gvern se jkun qed jissimplifika l-ħajja ta’ l-intrapriżi ż-żgħar billi jnaqqas il-ħtiġijiet ta’ rappurtaġġ finanzjarju, u b’hekk inaqqas il-ħin u l-ispejjeż tagħhom filwaqt li dawn xorta jżommu l-istandards meħtieġa minn dawk li jagħmlu użu mid-dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati tagħhom.
Għan-negozji żgħar, dan se jfisser anqas burokrazija u spejjeż, u b’hekk ikollhom aktar opportunitajiet biex jikbru u joħolqu x-xogħol. Dan tħabbar mill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech waqt diskors li għamel matul l-inawgurazzjoni ta’ Ecovis Malta, kumpanija internazzjonali oħra ta’ l-ogħla kwalità li għażlet li tafda lil Malta fid-deċiżjoni tagħha li tespandi n-negozju globali tagħha.
Fenech spjega li dikjarazzjonijiet u rapporti finanzjarji adegwati huma meħtieġa minn kredituri, awtoritajiet fiskali u oħrajn fis-settur finanzjarju. Iżda għal ħafna kumpaniji, l-obbligi imposti fil-preżent mill-International Financial Reporting Standards imorru lil hinn mill-ħtiġijiet bażiċi li wieħed jista’ jistenna u huma akbar mill-benefiċċji. Għalhekk, il-Gvern, permezz tal-Prinċipji Ġenerali li se jkun qed jippubblika dalwaqt, se jindirizza dawn il-piżijiet li kienu qed jiġu identifikati mill-kumpaniji ż-żgħar stess waqt il-konsultazzjoni bejniethom u l-Gvern.
Fir-rigward ta’ Ecovis, il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment innota b’sodisfazzjon li din kienet għażlet lil Malta biex tespandi u rrimarka t-tkabbir kbir li sar fis-settur tas-servizzi finanzjarji f’Malta matul l-aħħar snin. Ecovis huwa grupp ta’ konsultenti fiskali, avukati, awdituri u management accountants.
Il-kumpanija għandha 170 uffiċċju f’27 pajjiż madwar id-dinja u jħaddmu madwar 2,300 persuna. Ftit xhur ilu, il-kumpanija ngħatat għarfien prestiġjuż meta l-International Accounting Bulletin ddeskriviha bħala t-tielet l-akbar kumpanija ta’ accountancy li qed tikber, fid-dinja kollha. F’pajjiżna, din se tkun irrappreżentata minn Ecovis Malta.
DOI - 17.06.2008
Popularity: 1% [?]
Welcome to Kaizenlog.com If you're new here, you may want to subscribe to my RSS feed , Twitter You can contact us by using the contact form or submitting a comment. You can also share this post with your friends by clicking on the 'ShareThis' button above. Thanks for visiting!
Print This Post









Entries (RSS)