IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U L-INVESTIMENT, L-ONOR. JASON AZZOPARDI, JATTENDI GĦAL-LAQGĦA TAL-MINISTRI TAL-FINANZI TA’ L-ASJA U L-EWROPA FIL-KOREA T’ISFEL
Posted by: kaizenlog in Malta, tags: IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU TAL-FINANZI, JATTENDI GĦAL-LAQGĦA TAL-MINISTRI TAL-FINANZI TA’ L, L-EKONOMIJA U L-INVESTIMENT, L-ONOR. JASON AZZOPARDIWelcome to Kaizenlog.com If you're new here, you may want to subscribe to my RSS feed , Twitter You can contact us by using the contact form or submitting a comment. Thanks for visiting!
Nru. 0845
IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U L-INVESTIMENT, L-ONOR. JASON AZZOPARDI, JATTENDI GĦAL-LAQGĦA TAL-MINISTRI TAL-FINANZI TA’ L-ASJA U L-EWROPA FIL-KOREA T’ISFEL
Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment, Dr. Jason Azzopardi, illum ħalla Malta għall-Korea t’Isfel fejn se jkun qiegħed jipparteċipa fit-tminn laqgħa tal-Ministri tal-Finanzi ta’ l-Asja u l-Ewropa magħrufa bħala ASEM.
Matul din il-Konferenza, l-Onor. Jason Azzopardi se jkun qed jipparteċipa flimkien ma’ madwar 40 parteċipant ieħor, inkluż Ministri tal-Finanzi tal-Ewropa u l-Asja u Kapijiet ta’ korporazzjonijiet internazzjonali. Matul din il-laqgħa, il-parteċipanti se jiddiskutu bejniethom il-koperazzjoni li għandu jkun hemm bejn l-Asja u l-Ewropa. It-tema prinċipali tal-laqgħa se tkun ‘L-Asja, l-Ewropa, u l-futur ta’ l-Integrazzjoni Ekonomika Reġjonali’ filwaqt li l-għan huwa li permezz ta’ diskussjonijiet jintlaħaq livell ta’ relazzjoni koperattiva bejn dawn iż-żewġ kontinenti.
Fost it-temi magħżula għad-diskussjoni, hemm ukoll x’miżuri jistgħu jittieħdu biex tkun indirizzata l-bidla fil-klima, ix-xejriet finanzjarji u ekonomiċi kemm fuq bażi reġjonali kif ukoll fuq bażi globali, kif ukoll l-integrazzjoni ekonomika fl-Ewropa u l-implikazzjonijiet ta’ dan fuq il-kontinent Asjatiku.
L-Onor. Jason Azzopardi huwa akkumpanjat mill-Kap tas-Segretarjat tiegħu Dr. Frank Psaila, kif ukoll Dr. Joseph Bugeja Direttur tad-Diviżjoni tal-Politika Ekonomika fil-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment.
DOI - 13.06.2008
Popularity: 1% [?]
Listen to this podcast
Print This Post









Entries (RSS)