IL-MINISTRU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT JINDIRIZZA SEMINAR TA’ DISKUSSJONI TA’ QABEL IL-BUDGET IDDEDIKAT GĦAL GĦAWDEX
Posted by: kaizenlog in Malta, tags: IL-MINISTRU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT JINDIRIZZA SEMINAR TA’ DISL-ERBGĦA: 11 TA’ ĠUNJU 2008
NO. 0836
IL-MINISTRU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT JINDIRIZZA SEMINAR TA’ DISKUSSJONI TA’ QABEL IL-BUDGET IDDEDIKAT GĦAL GĦAWDEX
Fl-aħħar minn 5 laqgħat ta’ konsultazzjoni ta’ qabel il-budget, fejn saret diskussjoni dwar il-bżonnijiet speċjali ta’ Għawdex, il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, l-Onor. Tonio Fenech qal li Għawdex jixraqlu attenzjoni specjali, bħala gżira reġjun bi sfidi speċifiċi li jixirqilha tgawdi mis-suċċess tal-pajjiż. Matul il-preżentazzjoni tiegħu, il-Ministru Fenech qal li Għawdex dejjem kien meqjus f’livell għoli ta’ l-aġenda tal-Gvern u jekk wieħed iħares biss lejn l-aħħar leġislatura jara ħidma kbira li saret f’kull qasam tal-ħajja.
Fix-xogħol, kienu mnedija numru ta’ skemi għall-gradwati, għal ftuħ ta’ negozji ġodda u għall-investiment fl-IT min-naħa ta’ negozji żgħar u investiment marbut mat-titjib tal-SMEs, l-agrikoltura u s-sajd. Il-Gvern innifsu ħoloq aktar opportunitajiet ta’ xogħol f’Għawdex billi trasferixxa numru ta’ dipartimenti tiegħu lejn Għawdex. Huwa kompla jinkoraġġixxi lill-istudenti Għawdxin biex jibqgħu jistudjaw billi żidilhom l-istipendju.
Fit-turiżmu, il-Gvern bena terminal ġdid fl-Imġarr, ħoloq skemi bħal Immorru Għawdex u skontijiet għal minn jivvjaġġa wara l-5.00 pm, implimenta kampanja ta’ reklamar dwar Għawdex f’Malta u introduċa trasport mill-ajruport saċ-Ċirkewwa. Barra minn hekk, il-Fond għall-Kawżi Ġusti alloka €116,000 għal attivitajiet intizi biex jattiraw it-turizmu.
Barra minn dan kollu, kien hemm il-bini jew modernizzar ta’ numru ta’ skejjel, ċentru tal-MCAST, il-kumpless sportiv, l-isptar, u l-bini mill-ġdid jew modernizzar ta’ toroq ewlenin bħal ta’ San Lawrenz, ta’ l-Imġarr u numru kbir ta’ toroq residenzjali.
Il-Ministru saħaq li l-viżjoni tal-Gvern hija li Għawdex issir gżira ekoloġika. Dan ifisser li Għawdex se jkun mudell għall-iżvilupp sostenibbli; se jibda jiġġenera l-enerġija tiegħu minn sorsi alternattivi; se jkun gżira organika fl-agrikolura filwaqt li l-eko-turiżmu u l-agro-turiżmu se jkunu inkoraġġiti.
Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono, u s-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, l-Onor. Jason Azzopardi, attendew is-seminar. Ħadu sehem ukoll numru ta’ msieħba Għawdxin, fosthom rappreżentanti tal-Gozo Business Chamber u l-Gozo Tourism Association kif ukoll numru ta’ imprendituri u industrijalisti Għawdxin.
DOI - 11.06.2008
Popularity: 2% [?]
Welcome to Kaizenlog.com If you're new here, you may want to subscribe to my RSS feed , Twitter You can contact us by using the contact form or submitting a comment. You can also share this post with your friends by clicking on the 'ShareThis' button above. Thanks for visiting!
Print This Post









Entries (RSS)