Nru 0749

IL-PRESIDENT TA’ MALTA FIN-NAXXAR

Meta ndirizza l-Kunsilliera fi tmiem iz-zjara uffiċjali ta’ jumejn fin-Naxxar il-President irrimarka li fin-Naxxar hemm komunita’ attiva u solidali fejn il-ħidma tal-Kunsill Lokali u ta’ l-għaqdiet volontarji qed toħloq sens ta’ identita’. Iltaqgħa  wkoll mal-Kunsill Lokali taz-Zgħazagħ u mas-sotto kumitat ta’ Baħar iċ-Ċagħaq.

Dalgħodu l-President u s-Sinjura Fenech Adami wara li semgħu quddiesa fil-Parroċċa tal-Vittorja żammew l-uzanza li fl-laqgħat uffiċjali tagħhom jiltaqgħu mar-residenti tal-lokal għal kafe u pastizzi fuq iz-zuntier.

Il-President akkumpanjat mis-Sindku tan-Naxxar, Dr Maria Deguara, iltaqa’ mal-vittmi tat-tragedja ta’ l-ispluzjoni tal-logħob tan-nar li seħħet fit-12 ta’ Marzu 2008. Il-Kunsill Lokali fetaħ kont fil-bank għal fond komuni bil-għan li tingħata għajnuna finanzjarja lil dawn il-vittmi. Il-President qal li d-donazzjonijiet jixhdu is-sens ta’ solidarjieta’ tan-Naxxarin u tal-Maltin ma’ ħuthom li wħud minnhom tilfu darhom jew garbu ħsarat kbar.

Il-President iltaqa’ maz-zgħar jittrenjaw fil-Naxxar Lions Football Club Nursery, u zar is-sit tas-Santwarju Nazzjonali Gesu Ħniena Divina li għandu jservi ta’ Ċentru Pastorali kif wkoll il-Kazin ta’ l-Għaqda Muzikali Vittoria, Naxxar.

Laqgħa interessanti kienet ta’ dik ma’ wieħed mill-ftit ħaddieda li fadal fin-
Naxxar: Michael Scerri magħruf ukoll bħala Mikiel il-Muzzan li wiret is-snajja minn missirijietu u li  issa qiegħed jgħaddiha lill-uliedu.

Il-President Eddie Fenech Adami iltaqa’ ma’ l-artist magħruf Luciano Micallef u n-Nutar Joe Spiteri li għandu 88 sena u li serva bħala Ministru tax-Xogħlijiet u Djar fl-1962 u Ministru tal-Kummerċ, Industrija u Agrikoltura bejn l-1966 u l-1971.

Is-Sinjura Fenech Adami, akkumpanjata mill-Onor Louis Deguara, ir-ragel tas-Sindku, żaret il-komunita’ tal-Gizwiti, ir-residenti ta’ Holy Family Home u s-sorijiet ta’ l-Ordni ta San Duminku.

DOI - 25.05.2008

Popularity: 1% [?]

Welcome to Kaizenlog.com If you're new here, you may want to subscribe to my RSS feed , Twitter You can contact us by using the contact form or submitting a comment. You can also share this post with your friends by clicking on the 'ShareThis' button above. Thanks for visiting!



Print This Post Print This Post





  • Related Posts



  • Leave a Reply

    Comment moderation is enabled. Your comment may take some time to appear.