NO. 0722

Stqarrija mill-Ministeru għall-Politika Soċjali dwar l-Equity Sharing Scheme

Il-Gvern hu impenjat li jibqa’ joħrog bi skemi differenti tal-housing biex jgħin lil min irid jixtri dar u għandu bżonn l-għajnuna.  Din l-għajnuna tingħata skond il-politika tal-Gvern li aktar nies u familji isiru sidien ta’ djarhom.  Il-Gvern irid li jkompli jtejjeb fuq l-iskemi diġa’ eżistenti.

Għalhekk l-Awtorita’ tad-Djar se timmodifika/tirristruttura l-iskema ta’ l-Equity Sharing biex ikun assigurat li din it-tip ta’ għajnuna tkun sostenibbli fil-futur u aktar koppji żgħażagħ igawdu mill-iskemi ta’ l-Awtorita’.

Il-Ministeru jinsab infurmat li n-numru ta’ applikazzjonijiet approvati sa l-24 ta’ April kienu 242. Minnhom 103 persuni diġa’ bbenefikaw minn din l-iskema u tħallsu l-ammont ta’ €2,751,824. Il-139 l-oħra qegħdin jiġu pproċessati u hu stmat illi l-Awtorita’ se jkollha nefqa ta’ €3,802,949. Dan ifisser li l-infieq totali f’din l-iskema jammonta għal €6,554,773.

Meta tnediet l-iskema fil-gazzetta tal-Gvern tat-13 ta’ Frar 2007 kien dikjarat (Paragrafu 3); “L-Awtorita’ tad-Djar ser tipproċessa mill-anqas 250 applikazzjoni fuq bażi ta’ min japplika l-ewwel - ‘first come first served basis’, li jkunu validi u eleġibbli”.

L-Awtorita’ tad-Djar infurmat lil dawk li applikaw s’issa li l-applikazzjonijiet tagħhom qegħdin jinżammu sakemm jittieħdu d-deċiżjonijiet dwar din ir-ristrutturazzjoni.

DOI - 20.05.2008

Popularity: 2% [?]

Welcome to Kaizenlog.com If you're new here, you may want to subscribe to my RSS feed , Twitter You can contact us by using the contact form or submitting a comment. You can also share this post with your friends by clicking on the 'ShareThis' button above. Thanks for visiting!



Print This Post Print This Post





  • Related Posts



  • Leave a Reply

    Comment moderation is enabled. Your comment may take some time to appear.