STQARRIJA KONĠUNTA BEJN IL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI U L-ASSOĊJAZZJONI DWAR IT-TRASPORT PUBBLIKU
Posted by: kaizenlog in Malta, tags: STQARRIJA KONĠUNTA BEJN IL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUT, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI U L-ASSOĊJAZZJONI DWAR IT-TR
NO. 0720
Stqarrija Konġunta bejn il-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u l-Assoċjazzjoni dwar it-Trasport Pubbliku
Il-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Kommunikazzjoni, l-Onor. Austin Gatt illum iltaqa’ mal-President ta’ l-Assoċjazzjoni dwar it-Trasport Pubbliku, Victor Spiteri.
Fl-aħħar ta’ din il-laqgħa kien miftiehem illi:
1. L-Assoċjazzjoni tirtira d-direttiva lill-membri tagħha u qed tagħtihom direzzjoni biex immedjatament jerġgħu jibdew joqgħodu għat-testijiet dwar l-emissjonijiet;
2. Peress illi l-Assoċjazzjoni dwar it-Trasport Pubbliku qed tikkontesta l-kriterji eżistenti ta’ kif isiru dawn it-testijiet, l-Awtorità dwar it-Trasport u l-Assoċjazzjoni dwar it-Trasport Pubbliku ser jitolbu lill-Awtorità dwar l-Istandards biex tiddeċiedi x’għandhom ikunu l-kriterji tat-testijiet dwar l-emissjonijiet;
3. Sakemm issir din ir-reviżjoni mill-Awtorità dwar l-Istandards, it-testijiet għall-emissjonijiet ser ikomplu immedjatament bil-proċeduri li huma stabbiliti s’issa;
4. L-Assoċjazzjoni dwar it-Trasport Pubbliku tikkonferma li hi sodisfatta miċ-ċertifikazzjoni teknika ta’ l-uffiċjali ta’ l-Awtorità li jagħmlu dawn it-testijiet. L-Awtorità minn naħa tagħha kkonfermat li ser iżżomm lill-Assoċjazzjoni aġġornata dwar min huma l-uffiċjali tagħha, ċertifikati għal dan ix-xogħol;
5. Il-Gvern jiggarantixxi li jekk ikun hemm ħsarat fuq il-karozzi tal-linja li jkun ikkonfermat li seħħew minħabba negliġenza waqt li jkunu qed isiru t-testijiet ta’ l-emissjonijiet, jagħmel tajjeb għall-ispejjeż ta’ tiswijiet jew konsegwenzi oħra li jista’ jkollhom il-membri ta’ l-Assoċjazzjoni;
6. It-testijiet dwar l-emissjonijiet ser isiru biss fil-foss ta’ San Ġakbu, biswit il-venda tal-Belt Valletta fil-ħin fejn it-test ta’ l-emissjonijiet ma jkunx qed jolqot ħażin lill-iskeda tas-servizz u allura lill-passiġġieri tat-trasport pubbliku;
7. L-Assoċjazzjoni qed tirtira wkoll l-avviż tagħha ta’ tilwima ma’ l-Awtorità dwar it-Trasport.
DOI - 20.05.2008
Popularity: 2% [?]
Welcome to Kaizenlog.com If you're new here, you may want to subscribe to my RSS feed , Twitter You can contact us by using the contact form or submitting a comment. You can also share this post with your friends by clicking on the 'ShareThis' button above. Thanks for visiting!
Print This Post









Entries (RSS)