Verifika ta’ kif se jidher l-isem fuq il-polza tal-votazzjoni
Posted by: kaizenlog in Malta, tags: Verifika ta’ kif se jidher l-isem fuq il-polza tal-vo
AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
ELEZZJONI GĦALL-KUNSILL LOKALI MTARFA
24 ta’ Mejju 2008
Verifika ta’ kif se jidher l-isem fuq il-polza tal-votazzjoni
Il-Kummissjoni Elettorali tavża lill-kandidati li ser jikkontestaw l-elezzjoni għall-Kunsill Lokali ta’ Mtarfa illi huma jistgħu jmorru fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali, Misraħ Sant’Jiermu, l-Belt Valletta, nhar:
Il-Erbgħa 14 ta’ Mejju: mid-9.00 a.m. sa nofsinhar u
mis-2.00 p.m. sal-4.00 p.m.
sabiex jivverifikaw kif ser jidher isimhom fuq il-polza tal-votazzjoni.
DOI - 13.05.08
AVVIŻ TAL-QORTI
IL-PRIM’ AWLA TAL-QORTI ĊIVILI
ONOR. IMĦALLEF ANNA FELICE LL.D.
Minħabba impediment leġittimu ta’ l-Imħallef, il-kawżi hawn taħt imsemmija se jiġu differiti kif ġej:
Seduta ta’ l-20 ta’ Mejju, 2008 ġiet differita għat-2 ta’ Ottubru, 2008 fl-istess ħin u għall-istess skop tal-verbal preċedenti.
Seduta tal-21 ta’ Mejju, 2008 ġiet differita għat-8 ta’ Ottubru, 2008 fl-istess ħin u għall-istess skop tal-verbal preċedenti.
Seduta tat-22 ta’ Mejju, 2008 ġiet differita għad-9 ta’ Ottubru, 2008 fl-istess ħin u għall-istess skop tal-verbal preċedenti.
DOI - 13.05.2008
OFFERTI GHAL IMNARJA 2008
Sa’ l-10 ta’ filgħodu ta’ nhar il-Ħamis 22 ta’ Mejju, 2008, il-Kummissjoni Nazzjonali Folklor fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti tilqa’ offerti issiggilati fit-tender box għal provista u kiri ta’ mobile toilets fl-attivitajiet ta’ l-Imnarja 2008 nhar is-Sibt 28 u l-Hadd 29 ta’ Gunju, 2008
Formoli ta’ l-Applikazzjonijiet u / jew aktar dettalji jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Nazzjonali Folklor, Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti, 230 Triq ir-Repubblika, Valletta jew bl-email fl-indirizz eletroniku antonmiceli [Email address: antonmiceli #AT# maltaculture.com - replace #AT# with @ ]
DOI - 13.05.2008
Popularity: 4% [?]
Welcome to Kaizenlog.com If you're new here, you may want to subscribe to my RSS feed , Twitter You can contact us by using the contact form or submitting a comment. You can also share this post with your friends by clicking on the 'ShareThis' button above. Thanks for visiting!
Print This Post









Entries (RSS)