SEMINAR DWAR IL-KONTROLL FINANZJARJU INTERN PUBBLIKU
Posted by: kaizenlog in Malta, tags: SEMINAR DWAR IL-KONTROLL FINANZJARJU INTERN PUBBLIKU
NO. 0682
Seminar dwar il-Kontroll Finanzjarju Intern Pubbliku
Illum il-Prim Ministru l-Onor. Lawrence Gonzi inawgura seminar dwar il-Kontroll Finanzjaru Intern Pubbliku.
Il-kunċett tal-kontroll finanzjarju intern pubbliku huwa mudell strutturat u operattiv li jassisti lis-settur pubbliku sabiex jistabilixxi ambjent ta’ kontroll intern li jissalvagwardja l-fondi pubbliċi; b’mod partikulari jassigura li s-sistemi ta’ kontroll intern fis-settur pubbliku jkunu fl-istess livell ma’ standards internazzjonali u l-aħjar prattiċi addottati fl-Unjoni Ewropea.
Dan il-programm irid ikun implimentat f’qafas fejn il-management fis-servizz pubbliku irid iżomm ruħu aġġornat mal-aħħar prattiċi. L-oġġettiv ta’ din l-inizjattiva huwa li taċċerta metodi interni trasparenti u adekwati li jipprovdu assikurazzjoni raġjonevoli li l-fondi pubbliċi jintuzaw għall-għanijiet identifikati mill-Gvern u approvati mill-Parlament. Il-kontroll finanzjarju intern pubbliku jipprovdi wkoll l-ambjent fejn il-frodi u l-korruzjoni jiġu pprevenuti.
Il-Gvern identifika din l-inizjattiva bħala għodda importanti biex iżid l-effiċjenza u l-effettivita’ tas-settur pubbliku. Din tinkludi t-tisħiħ tal-funzjoni ta’ l-awditjar intern tal-Gvern.
Id-Direttorat għall-Awditjar Intern u l-Investigazzjonijiet jaqa’ taħt l-Uffiċċju tal-Kabinett. Dan l-uffiċċju ser ikun qed jinvesti fl-aħjar riżorsi u jindirizza fondi pubbliċi b’mod komplet billi jikkonsolida l-kontrolli nterni fis-servizz pubbliku.
Il-kontroll finanzjarju intern pubbliku huwa mibni fuq tlett prinċipji fundamentali: l-kontabilita` maniġerjali; awditjar intern u l-armonizzazzjoni ta’ metodi komuni ta’ kontroll intern fis-settur pubbliku. Dawn it-tlieta flimkien jipprovdu l-bażi li biha tintlaħaq id-deċentralizzazzjoni u fejn din tiġi ffaċilitata permezz ta’ moniteraġġ u kontroll iċċentralizzat.
Il-Kontrol Finanzjaru Intern Pubbliku hija struttura ta’ suċċess u f’diversi pajjiżi hija rrakomandata sabiex tigi mplentata bħala sistema ta’ kontroll intern li għandha tkun ta’ benefiċċju għall-Gvern, sabiex ikompli jsaħħaħ il-finanzi pubbliċi.
DOI - 13.05.2008
Popularity: 3% [?]
Welcome to Kaizenlog.com If you're new here, you may want to subscribe to my RSS feed , Twitter You can contact us by using the contact form or submitting a comment. You can also share this post with your friends by clicking on the 'ShareThis' button above. Thanks for visiting!
Print This Post









Entries (RSS)