Welcome to Kaizenlog.com If you're new here, you may want to subscribe to my RSS feed , Twitter You can contact us by using the contact form or submitting a comment. Thanks for visiting!

NO. 0682

Seminar dwar il-Kontroll Finanzjarju Intern Pubbliku

Illum il-Prim Ministru l-Onor. Lawrence Gonzi inawgura seminar dwar il-Kontroll Finanzjaru Intern Pubbliku.

Il-kunċett tal-kontroll finanzjarju intern  pubbliku huwa mudell strutturat u operattiv li jassisti lis-settur pubbliku sabiex jistabilixxi ambjent ta’ kontroll intern li jissalvagwardja l-fondi pubbliċi; b’mod partikulari jassigura li s-sistemi ta’ kontroll intern fis-settur pubbliku jkunu fl-istess livell ma’ standards internazzjonali u l-aħjar prattiċi addottati fl-Unjoni Ewropea.

Dan il-programm irid ikun implimentat f’qafas fejn il-management fis-servizz pubbliku irid iżomm ruħu aġġornat mal-aħħar prattiċi.  L-oġġettiv ta’ din l-inizjattiva huwa li taċċerta metodi interni trasparenti u adekwati li jipprovdu assikurazzjoni raġjonevoli li l-fondi pubbliċi jintuzaw għall-għanijiet identifikati mill-Gvern u approvati mill-Parlament. Il-kontroll finanzjarju intern pubbliku jipprovdi wkoll l-ambjent fejn il-frodi u l-korruzjoni jiġu pprevenuti.

Il-Gvern identifika din l-inizjattiva bħala għodda importanti biex iżid l-effiċjenza u  l-effettivita’ tas-settur pubbliku.  Din tinkludi t-tisħiħ tal-funzjoni ta’ l-awditjar intern tal-Gvern.

Id-Direttorat għall-Awditjar Intern u l-Investigazzjonijiet jaqa’ taħt l-Uffiċċju tal-Kabinett.   Dan l-uffiċċju ser ikun qed jinvesti fl-aħjar riżorsi u jindirizza fondi pubbliċi b’mod komplet billi jikkonsolida l-kontrolli nterni fis-servizz pubbliku.

Il-kontroll finanzjarju intern pubbliku huwa mibni fuq tlett prinċipji fundamentali: l-kontabilita` maniġerjali; awditjar intern u l-armonizzazzjoni ta’ metodi komuni ta’ kontroll intern fis-settur pubbliku. Dawn it-tlieta flimkien jipprovdu l-bażi li biha tintlaħaq id-deċentralizzazzjoni u fejn din tiġi ffaċilitata permezz ta’ moniteraġġ u kontroll iċċentralizzat.

Il-Kontrol Finanzjaru Intern Pubbliku hija struttura ta’ suċċess u f’diversi pajjiżi hija rrakomandata sabiex tigi mplentata bħala sistema ta’ kontroll intern li għandha tkun ta’ benefiċċju għall-Gvern, sabiex ikompli jsaħħaħ il-finanzi pubbliċi.

DOI - 13.05.2008

Popularity: 2% [?]

Listen to this podcast Listen to this podcast

Print This Post Print This Post





  • Related Posts



  • Leave a Reply

    Comment moderation is enabled. Your comment may take some time to appear.