Nru. 0681

L-ONOR. CLYDE PULI JATTENDI L-PREŻENTAZZJONI TA’ KTEJJEB DWAR IT-TURIŻMU SPORTIV IPPREPARAT MILL-MALTA EXERCISE HEALTH AND FITNESS ASSOCIATION (MEHFA)

“Pajjiżna għandu potenzjal kbir fil-qasam tat-turiżmu sportiv u hija l-intenzjoni tal-Gvern li jkompli jsaħħaħ dan is-settur u jagħti l-appoġġ kollu lill-inizjattivi li jittieħdu fl-ambitu ta’ turiżmu sportiv.”

Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport, l-Onor. Clyde Puli waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet li matulha ġie mniedi ktejjeb dwar rotot f’pajjiżna għaċ-ċikliżmu. Il-ktejjeb ġie ppreparat fuq inizjattiva tal-Malta Exercise Health and Fitness Association.

Hija l-politika tal-gvern tal-ġurnata li jqajjem kuxjenza nazzjonali dwar l-importanza li l-poplu Malti jagħmel ammont ta’ taħriġ fiżiku kuljum u ktejjeb ta’ din ix-xorta m’huwiex biss essenzjali għall-eluf ta’ barranin li jżuru pajjiżna kull sena iżda fuq kollox għall-Maltin u l-Għawdxin kollha.

Konxju li fl-aħħar snin is-settur tal-Fitness f’Malta ħa spinta kbira l-quddiem anke bl-inizjattivi li ttieħdu mis-settur privat, il-Gvern lest li jgħin ukoll  inizjattivi li jkomplu jtejbu l-kwalità tal-ħajja tal-poplu fuq livell fiżiku, sostna Clyde Puli.

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport tenna li ċ-ċikliżmu jista’ joffri lit-turist aspett ieħor ta’ pajjiżna li forsi mhux dejjem jiġi ppreżentat lilhom b’mod dirett. Fl-aħħar snin, il-Kunsill Malti għall-Isport, li jaqa’ taħt is-Segretarjat għaż-Żgħażagħ u Sport, ħadem ħafna biex tiżdied il-popolarità taċ-ċikliżmu fi gżiritna. Dan anki permezz ta’ bosta programmi sportivi li joffri matul is-sena fosthom dak ta’ Sport for All li permezz tiegħu l-parteċipanti jaraw il-benfiċċji li jsir lis-saħħa anki permezz taċ-ċikliżmu.

Hu kompla jgħid li dawn l-inizjattivi jikkumplimentaw inizjattivi oħra li ttieħdu fis-snin li għaddew mill-Awtorità Maltija tat-Trasport (ADT) meta ħolqot rotot għaċ-ċiklisti waqt il-kostruzzjoni ta’ toroq ġodda.

L-Onor. Clyde Puli irringrazzja lill-uffiċjali tal-Assoċazzjoni MEHFA għal din l-inizjattiva u lill-kumpaniji kollha li mingħajr l-għajnuna tagħhom ma kienx ikun possibli li jiġi ppublikat dan il-ktejjeb.

DOI - 13.05.2008

Popularity: 2% [?]

Welcome to Kaizenlog.com If you're new here, you may want to subscribe to my RSS feed , Twitter You can contact us by using the contact form or submitting a comment. You can also share this post with your friends by clicking on the 'ShareThis' button above. Thanks for visiting!



Print This Post Print This Post





  • Related Posts



  • Leave a Reply

    Comment moderation is enabled. Your comment may take some time to appear.