Press Release
07/05/2008
AD: “Il-Gvern ghandu jispjega ghaliex nehha l-eko-incentivi”

Fi stqarrija illum, kelliema ta’ Alternattiva Demokratika - The Green Party, esprimew it-thassib taghhom ghat-tnehhija habta u sabta ta’ l-eko-incentivi ghall-konsumaturi li jaghzlu li jakkwistaw appliances li juzaw l-elettriku b’mod aktar efficjenti.

Il-Kelliem ta’ l-AD dwar l-izvilupp sostenibbli, l-Perit Carmel Cacopardo qal: ” L-eko-incentivi jippremjaw lil dawk il-konsumaturi li jaghmlu ghazliet bil-ghaqal. Min jixtri appliances li jahlu anqas elettriku, minbarra li jkun qieghed jonfoq anqas f’kontijiet ikun qed jghin lis-socjeta kollha kemm hi billi jghin biex jonqos it-tniggis u anke l-uzu ta’ energija elettrika, li kif nafu tiswa lill-pajjiz miljuni ta’ Ewro fis-sena. L-eko-incentivi fuq appliances aktar efficjenti huwa strument tajjeb u l-gvern ghandu jaghti spjegazzjoni cara ghaliex mar lura kuq kelmtu u nehha dawn l-incentivi f’daqqa wahda.”

Il-Kelliem ta’ AD dwar l-industrija, l-energija u l-innovazzjoni, Ralph Cassar qal: ” Malta ghandha obbligi internazzjonali li tnaqqas it-tniggis. AD temmen ukoll li l-gvern ghandu obbligu lejn il-Maltin u l-Ghawdxin - obbligu li jippromwovi politika li thares l-kwalita’ tal-hajja tan-nies. Eko-incentivi li jhajjru lill-konsumatur u anke lill-imprenditur jixtri u joffri prodotti b’teknologija moderna li tnaqqas l-konsum ta’ l-elettriku huwa mod wiehed kif il-gvern jista’ jersaq aktar vicin li jilhaq l-miri ta’ l-UE dwar t-tniggis u l-tibdil fil-klima u kif inaqqas l-effetti tat-tniggis fuq is-sahha tal-pubbliku. Il-fatt li tnehha l-eko-incentiv fuq l-appliances jixhed kemm il-weghdi ta’ qabel l-elezzjoni fuq dan il-punt kienu fierghha. L-AD issa tistenna biex tara kif il-PN ser jimxi fuq il-weghdiet ambjentali l-ohra tieghu.”

Ralph Cassar
A/PRO

Popularity: 2% [?]

Welcome to Kaizenlog.com If you're new here, you may want to subscribe to my RSS feed , Twitter You can contact us by using the contact form or submitting a comment. You can also share this post with your friends by clicking on the 'ShareThis' button above. Thanks for visiting!



Print This Post Print This Post





  • Related Posts



  • Leave a Reply

    Comment moderation is enabled. Your comment may take some time to appear.