Nru. 0666

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAT-TURIŻMU B’RISPOSTA GĦALL-ISTQARRIJA MILL-ONOR. EVARIST BARTOLO, KELLIEM EWLIENI LABURISTA GĦAT-TURIŻMU

Ċifri għall-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena juru żieda ta’ 22% jew ta’ 38,127 turist fuq l-istess perjodu tas-sena l-oħra.  It-total ta’ ljieli li għaddew it-turisti f’Malta u Għawdex laħqu 1,700,100 li jirrifletti żieda ta’ 13% fuq l-istess perjodu tas-sena l-oħra.  In-nefqa totali tat-turisti fl-istess xhur hija stmata li laħqet €147.2 miljun (Lm 63.2 miljun), jiġifieri żieda ta’ 4.9% fuq is-sena l-oħra.

F’Għawdex żdiedu l-inizjattivi u l-proġetti biex jiżdied it-turiżmu intern u jiżdiedu t-turisti li jżuru Għawdex.   Ta’ min ifakkar ukoll li l-ġimgħa l-oħra kellna erbat ijiem ta’ attivitajiet magħrufa bħala Gozo 1234 li raw 80,000 passiġġier jaqsmu bejn Malta u Għawdex. Il-Gvern qed juri l-impenn tiegħu lejn Għawdex mhux biss bl-attivitajiet li qed jorganizza hemm iżda wkoll bil-proġetti kapitali u infrastrutturali li qed jagħmel bħat-terminal il-ġdid ġewwa l-Imġarr, id-diversi toroq arterjali ġodda li saru u proġetti oħra ppjanati bl-użu ta’ fondi kemm tal-Gvern kif ukoll ta’ l-Unjoni Ewropea.

Il-Gvern qed jagħti ħajja ġdida liż-żona turistika ta’ Buġibba, San Pawl il-Baħar, il-Qawra u x-Xemxija b’aktar proġetti li saru dan l-aħħar fl-inħawi bħall-Buġibba Perched Beach, il-manutenzjoni kontinwa tal-promenade ta’ Buġibba u San Pawl il-Baħar, kif ukoll id-diversi attivitajiet li jsiru tul is-sena bis-sehem ta’ l-MTA. Hemm ippjanati diversi proġetti oħra ta’ natura kapitali taħt il-fondi strutturali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Filwaqt li huwa minnu li l-figuri fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena jidhru inkoraġġanti, wieħed għandu jenfasizza li s-suċċess fis-settur turistiku f’pajjiżna jiddependi wkoll fuq l-impenn u l-kooperazzjoni tal-varji stakeholders f’dan is-settur.  Il-Gvern huwa kommess li jkompli jagħti sehemu sabiex jassigura l-aħjar aċċessibiltà lejn il-pajjiż u li l-prodott turistiku jkompli jitjieb.

DOI  - 09.05.2008

Popularity: 3% [?]

Welcome to Kaizenlog.com If you're new here, you may want to subscribe to my RSS feed , Twitter You can contact us by using the contact form or submitting a comment. You can also share this post with your friends by clicking on the 'ShareThis' button above. Thanks for visiting!



Print This Post Print This Post





  • Related Posts



  • Leave a Reply

    Comment moderation is enabled. Your comment may take some time to appear.