Nru. 0625

MAĦTUR IL-BORD EDITORJALI TAL-PBS

Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, Dolores Cristina ħatret il-Bord Editorjali l-ġdid tal-Public Broadcasting Services, kif stipulat fil-Politika Nazzjonali dwar ix-Xandir.

Il-Bord għandu bħala Chairman lill-Prof. Joe Pirotta filwaqt li ż-żewġ membri l-oħra huma Dr. Mary Anne Lauri u s-Sur Charles Mizzi.

Għal laqgħat ta’ dan il-Bord jattendu wkoll il-Kap Eżekuttiv tal-PBS, il-Manager ta’ l-Aħbarijiet u l-Manager tal-Programmi.  Dawn it-tlieta ma għandhomx dritt għall-vot.

Il-Prof. Pirotta huwa lecturer l-Universita’ u serva għal numru ta’ snin bħala Chairman ta’ l-Awtorita’ tax-Xandir. Dr. Lauri hi Pro Rettur ta’ l-Universita’ filwaqt li Charles Mizzi hu ġurnalist bi snin twal ta’ esperjenza.

Fl-istess waqt il-Ministru Cristina f’ittra lill-membri tal-Bord tad-Diretturi tal-PBS uriet ix-xewqa li dawn ikomplu fil-kariga sat-terminu stabbilit ta’ l-4 ta’ Ġunju 2008 u wara dik id-data jinħatru Chairman u membri tal-Bord għal terminu ieħor.

DOI - 02.05.2008

Popularity: 2% [?]

Welcome to Kaizenlog.com If you're new here, you may want to subscribe to my RSS feed , Twitter You can contact us by using the contact form or submitting a comment. You can also share this post with your friends by clicking on the 'ShareThis' button above. Thanks for visiting!



Print This Post Print This Post





  • Related Posts



  • Leave a Reply

    Comment moderation is enabled. Your comment may take some time to appear.