STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FAMILJA U SOLIDARJETA’ SOĊJALI –
Posted by: kaizenlog in Malta, tags: STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FAMILJA U SOLIDARJETA'Welcome to Kaizenlog.com If you're new here, you may want to subscribe to my RSS feed , Twitter You can contact us by using the contact form or submitting a comment. Thanks for visiting!
NO. 1736
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FAMILJA U SOLIDARJETA’ SOĊJALI –
L-OPPOŻIZZJONI LABURISTA GĦANDHA TGĦID IL-VERITA` KOLLHA DWAR IĊ-CHILDREN’S ALLOWANCE
Fl-istqarrija tal-lum, jidher li l-Partit Laburista jrid iqarraq dwar iċ-Children’s Allowance billi jikkwota biss il-figuri li jaqbillu.
Bir-riforma ta’ l-1996, iċ-Children’s Allowance tal-familji bl-anqas dħul żdiedet b’aktar mid-doppju, minn Lm 3.75 fil-ġimgħa għall-ewwel tifel jew tifla għal Lm 8.65 fil-ġimgħa għall-ewwel tifel jew tifla. Dan ifisser li l-familji kollha bi dħul ta’ anqas
Din ir-riforma wasslet biex in-nefqa fiċ-Children’s Allowance żiedet
F’żewġ baġits ta’ Gvern ta’ Alfred Sant bejn l-1996 u l-1998, Gvern Laburista ma biddel xejn
Fl-2003 u fl-2006, dan il-Gvern irranġa c-Children’s Allowance biex ibbenifikaw il-familji b’ħafna tfal.
Fil-baġit ta’ din is-sena, il-Gvern qed ikompli jibni fuq is-sistema li daħħal fl-1996 billi filwaqt miċ-Children’s Allowance jibqa’ tibbenifika l-aktar min għandu l-aktar bżonn, ikun żgurat benefiċċju minimu ta’ Lm107 għal kull tifel u tifla. Ġew irduppjati r-rati tat-tieni, it-tielet, ir-raba’, il-ħames, is-sitt, u aktar tfal. L-ogħla benefiċċju li jingħata żdied ukoll. Żdied ukoll il-benefiċċju għat-tfal b’diżabilita’, tfal orfni u għat-tfal fostered jew li jgħixu f’djar residenżjali. U dan barra t-tnaqqis sostanzjali tat-taxxa.
Huwa interessanti li fl-istqarrija tal-lum, l-Oppożizzjoni m’hi qed tagħmel l-ebda referenza għall-wegħda tal-Kap ta’ l-Oppożizzjoni li jreġġa’ lura l-arloġġ u jagħmel is-sistema taċ-Children Allowance bħal ma kienet fl-1995. Dan ikun ifisser li numru kbir ta’ familji Maltin u Għawdxin se jaraw tnaqqis sostanzjali fic-Children’s Allowance li diġa’ qegħdin jew li ser jirċievu bir-riforma ta’ dan il-baġit.
DOI – 13.11.2007
Popularity: 4% [?]
Listen to this podcast
Print This Post









Entries (RSS)