Nru. 1693
JUM IL-PEPRINA
Numru ta’ tfal mill-iskola Primarja tal-Furjana, parti mill-Kulleġġ San Gorg Preca, u numru ta’ tfajliet mill-Kulleġġ Maria
Il-Ministru Louis Galea qal li it-tfal li twieldu f’dawn l-aħħar 50 sena ta’ paċi f’pajjiżna ma jafux
Madankollu l-gwerer huma realtà anke llum fl-2007. Filwaqt li l-Unjoni Ewropea taħdem għall-paċi qatt m’għandna naħsbu li aħna kompletament protetti mill-gwerer. Fl-istess ħin ilkoll irridu napprezzaw il-paċi li qed ngħixu f’pajjiżna illum, nirringrazzjaw lil missirijietna li b’tant sagrifiċċju ħadmu għaliha, u nagħmlu l-almu tagħna kemm bħala individwi kif ukoll bħala pajjiż biex inxerrdu l-paċi fost in-nazzjonijiet u bejn il-kulturi.
Louis Galea faħħar lill-istudenti għall-inizjattiva tagħhom biex titfakkar din il-ġurnata u sejjaħ biex f’dawn il-jiem l-iskejjel kollha jieħdu ftit żmien biex jirriflettu fuq dawn l-avvenimenti li għalkemm seħħew fil-passat huma parti mill-istorja reċenti ta’ pajjiżna u realta’ li għadhom qed jgħixu numru ta’ pajjiżi madwar id-dinja.
Is-Sur Lawrence Mizzi, ex-Edukatur u kittieb dwar il-Gwerra f’Malta, ta ir-riflessjonijiet tiegħu dwar kif il-Maltin kienu għexu t-Tieni Gwerra Dinjija mill-lenti tiegħu bħala tifel li għex żmien il-Gwerra. Saret ukoll talba mill ex-education officer tar-religjon Fr. Michael Zammit u Fr. Alfred Agius subject co-ordinator tar-religjon. Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni flimkien ma’ Kristal DeGabriele u Ander Micallef mill-Iskola tal-Furjana poġġew kuruni magħmulin mill-peprin. Preżenti għaċ-ċerimonja kien hemm il-Kummissarju Għoli Ingliż l-E.T Nick Archer u il-President u ċ-Chairman tal-Poppy Appeal Fund is-Sinjura Janatha Stubbs u s-Sur Charles Cilia rispettivament.
Fl-aħħar parti taċ-ċerimonja, żewġ suldati tal-Forzi Armati ta’
DOI – 08.11.2007
Welcome back to Kaizenlog.com, you may want to subscribe to my RSS feed , Twitter You can contact us by using the contact form or submitting a comment. You can also share this post with your friends by clicking on the 'ShareThis' button above. Thanks for visiting!
Print This Post






Entries (RSS)