Welcome to Kaizenlog.com If you're new here, you may want to subscribe to my RSS feed , Twitter You can contact us by using the contact form or submitting a comment. Thanks for visiting!

 

 

 

Nru. 1688

 

 

Kundanna mill-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità għall-stqarrija irresponsabbli ta’ L-ONOR. Michael Farrugia, il-Kelliem ewlieni ta’ l-Oppożizzjoni dwar is-Saħħa

 

 

Il-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità jikkundanna bil-qawwa kollha l-istqarrija irresponsabbli u qarrieqa tal-Kelliem Ewlieni ta’ l-Oppożizzjoni dwar is-Saħħa.

 

Fil-proċess tal-migrazzjoni l-Gvern dejjem poġġa s-saħħa tal-pazjent l-ewwel u qabel kollox.  Il-Gvern kompla jpoġġi s-saħħa tal-pazjent l-ewwel anke meta ġie akkużat mill-Oppożizzjoni li l-proċess tal-migrazzjoni kien qed jieħu ż-żmien.

 

Hija tal-mistħija li l-Oppożizzjoni, għall-gwadann politiku qed tipprova tixħet dubju fuq ir-responsabbiltà u l-kapaċitajiet tal-professjonisti mediċi ta’ pajjiżna u tipprova toħloq allarm.  Hija wkoll tal-mistħija kif l-Oppożizzjoni qed tipprova ddawwar is-servizzi tas-saħħa f’ballun politiku bħal ma diġà ppruvat tagħmel dwar l-impenn tal-Gvern fil-ġlieda tiegħu kontra l-kanċer.

 

Il-Ministeru jistmerr il-mod baxx li biħ Michael Farrugia jitfa’ dell ikraħ u jattakka l-kompetenza tal-professjonisti tagħna li ħadd ma jiddubita mil-kapaċità tagħhom.  Veru li l-Kelliem ta’ l-Oppożizzjoni għandu għalfejn jistħi u għandu jitlob skuża lil dawn il-professjonisti.

 

Il-Gvern jerġa’ jappella lill-Oppożizzjoni sabiex tkun responsabbli u taħdem mal-Gvern ħalli s-servizzi tas-saħħa għall-pazjenti Maltin u Għawdxin kollha jkunu ta’ l-ogħla livell, u mhux tipprova tfixkel.

 

 

 

DOI - 07.11.2007

Popularity: 3% [?]

Listen to this podcast Listen to this podcast

Print This Post Print This Post





  • Related Posts



  • Leave a Reply

    Comment moderation is enabled. Your comment may take some time to appear.