INAWGURAZZJONI TA’ SMARTKIDS, ĊENTRU TAT-TFAL TA’ MATUL IL-JUM, FL-ISTAZZJON, B’KARA
Posted by: kaizenlog in Malta, tags: B’KARA, FL-ISTAZZJON, INAWGURAZZJONI TA’ SMARTKIDS, ĊENTRU TAT-TFAL TA’ MATUL IL-JUMWelcome to Kaizenlog.com If you're new here, you may want to subscribe to my RSS feed , Twitter You can contact us by using the contact form or submitting a comment. Thanks for visiting!
Nru. 1661
Inawgurazzjoni ta’ SMARTKIDS, Ċentru tat-Tfal ta’ Matul il-Jum, fl-Istazzjon, B’Kara
Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi, flimkien ma’ l-Onorevoli Dolores Cristina, Ministru għall-Familja u Solidarjeta’ Soċjali, illum inawgura Smartkids, B’Kara, Ċentru tat-Tfal għal Matul il-Jum. Dan il-proġett, imniedi bi sħubija mal-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara, huwa xhieda tal-ħidma u l-kollaborazzjoni sħiħa bejn il-Gvern Ċentrali u dak lokali bil-għan li jiżdiedu u jitjiebu s-servizzi li jingħataw lill-familji tagħna.
Il-Prim Ministru, imdawwar b’numru ta’ tfal, fakkar li t-tfal huma fil-qalba ta’ dak kollu li nagħmlu, u li għaldaqstant jistħoqqilhom l-aħjar servizzi. Hu tkellem dwar il-ħtiega li f’pajjiżna jiżdiedu aktar il-faċilitajiet għall-ħarsien u l-kura tat-tfal, biex il-ġenituri jkollhom moħħhom mistrieħ meta jħallu t-tfal tagħhom f’dawn iċ-ċentri. Il-Prim Ministru kompla jitkellem dwar il-bosta inizjattivi li ddaħħlu matul din il-leġislatura għal dan il-għan u li qegħdin jgħinu biex ir-rata tal-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol dejjem tikber. Fakkar ukoll meta nfetaħ l-ewwel SmartKids fil-Kottonera, fiċ-ċentru AĊĊESS, ċentru li skond il-Kunsill ta’ l-Ewropa huwa a best practice model.
Il-Ministru Cristina qalet li l-isem magħżul għal dan iċ-ċentru huwa assoċjat proprju ma’ standards ta’ eċċelenza. Hija tkellmet dwar l-istandards stabbiliti għaċ-ċentri tal-ħarsien u l-kura tat-tfal u dwar l-inizjattivi li ilhom jittieħdu sa’ mill-2004 biex iċ-ċentri li diġa qed joperaw isibu l-għajnuna teknika u finanzarja biex jilħqu dawn l-istandards.
Il-kunċett li fuqu qed jitmexxew iċ-ċentri tal-ħarsien u l-kura għat-tfal huwa dak ta’ educare fejn il-carers għandhom il-kwalifiki meħtieġa biex jgħinu t-tfal jiżviluppaw bl-aħjar mod possibbli. Ċentri bħal dawn huma l-pedamenti li joffru l-opportunita’ lit-tfal li minn eta’ ċkejkna jkunu jistgħu jilgħabu, jitgħalmu u jikbru f’ambjent san.
Is-Sindku ta’ Birkirkara Michael Fenech Adami esprima s-sodisfazzjon tiegħu li, flimkien mal-Ministeru għall-Familja u Solidarjeta’ Soċjali, wettaq proġett ta’ dan il-livelli. Huwa stqarr ukoll li huwa unur li dan il-ġnien li huwa mgħoni bi storja sinifikanti li tmur lura għal żminijiet fejn kien jintuża bħala mezz ta’ transport u komunikazzjoni, issa ġie magħżul biex minnu jopera Smartkids.
DOI – 03.11.2007
Popularity: 3% [?]
Listen to this podcast
Print This Post









Entries (RSS)