Welcome to Kaizenlog.com If you're new here, you may want to subscribe to my RSS feed , Twitter You can contact us by using the contact form or submitting a comment. Thanks for visiting!

 

 

 

 

 

Nru. 1655

 

 

IFFIRMAT IL-FTEHIM BEJN IL-GVERN U L-MAM

 

Illum ġie ffirmat uffiċjalment il ftehim bejn il-Gvern u l-MAM, l-Assoċjazzjoni Medika Maltija tat-Tobba wara li dan kien approvat fil-laqgħa ġenerali tat-tobba b’maġġoranza kbira.  Dan il-ftehim storiku se jkompli jsaħħaħ is-servizz mediku ta’ pajjiżna. Servizz li huwa ta’ l-għola livelli grazzi għall-professjonalità u l-impenn ta’ dawk kollha li jaħdmu f’dan is-settur, fosthom it-tobba.

 

Il-gvern minn dejjem kellhu fuq quddiem nett ta’ l-aġenda tiegħu, miżuri li jiżguraw li Malta jkollha tobba u speċjalisti mħarrġa sabiex il-pazjent ikompli jieħu l-aqwa kura possibli. Dan il-ftehim jirrikonoxxi l-kontribut essenzjali li t-tobba jagħtu lis-servizz tas-saħħa ta’ pajjiżna u għandu l-iskop ukoll li jtejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ dawn il-professjonisti.

 

“Dan il-ftehim importanti qed isir fil-qafas tal-politika tagħna li npoġġu l-pazjent fiċ-ċentru tal-ħidma kollha tagħna u li Malta ssir ċentru ta’ eċċellenza fil-qasam tas-saħħa sas-sena 2015”. Hekk qalet is-Segretarju Parlamentari Helen D’Amato li kienet qed tirrapreżenta l-gvern fin-nuqqas tal-Ministru Deguara li jinsab indispost.

 

Fi ftit tal-ġranet oħra l-Maltin ser jibdew jużaw sptar li joffri l-faċilitajiet kollha li wieħed jistenna li jsib fis-seklu 21. Filwaqt li nirrikonoxxu l-importanza ta’ l-ambjent fiżiku u l-apparat mediku mill-aktar soffistikat u state of the art,  hu daqstant importanti l-element uman. Dan il-ftehim għandu jitqies bħala investiment, f’saħħitna u f’saħħet il-familji tagħna – it-trabi, it-tfal, iż-żgħażagħ, l-adulti u l-anzjani.  L-istess investiment sar meta ġie ffirmat il-ftehim, ftit ġranet ilu ma’ l-Ispizjara, l-Infermiera u l-Qwiebel kif ukoll il-memorandum of undrestanding mal-paramediċi.

 

Fost il-punti ewlenin f’dan il-ftehim insibu :

 

·        l-organizzazzjoni aħjar tax-xogħol ibbażata fuq numru ta’ sessjonijiet li ser jinżammu filgħodu, wara nofs in-nhar u filgħaxija. Din toffri flessibilità akbar fil-prattiċi tax-xogħol li għandu jwassal biex tittaffa l-problema tal-waiting lists ;

·        il-ftehim joffri l-possibilità li konsulent ikollu ħatra full time bi ħlas attrajenti u mingħajr  prattika privata ;

·        jintroduċi wkoll il-kunċett tal-job planning li permezz tiegħu l-konsulent u t-tim tiegħu jfasslu mal-management x’inhu mistenni minnhom bħan-numru ta’ operazzjonijiet  f’kull sessjoni ;

·        jipprovdi għall-ftehim bejn il-konsulenti u l-management dwar kif għandu jkun provdut servizz partikolari ;

·        impenn li jsir taħriġ kemm f’livell undergraduate kif ukoll postgraduate f’Malta f’qafas ta’ programm rikonoxxut ta’ speċjalizzazzjoni;

 

Il-ftehim jipprovdi wkoll għal dawn il-benefiċċji għat-tobba;

 

·        allowances għat-tobba li qegħdin jitħarrġu ;

·        allowances għall-konsulenti li qegħdin iħarrġuhom;

·        il-ħatra ta’ designate consultant ħames snin qabel jirtira konsulent;

·        titjib fl-allowances għal tobba li jaħdmu fil-kura primarja, fl-emerġenza u fl-I.T.U.

 

Dan il-ftehim irnexxielu joħloq bilanċ bejn il-ħtigijiet tas-servizz u l-aspettattivi tat-tobba li ser jirriżulta f’servizz aħjar għall-benifiċċju tal-pazjent.

 

D.O.I.  01.11.2007

Popularity: 3% [?]

Listen to this podcast Listen to this podcast

Print This Post Print This Post





  • Related Posts



  • Leave a Reply

    Comment moderation is enabled. Your comment may take some time to appear.