Welcome to Kaizenlog.com If you're new here, you may want to subscribe to my RSS feed , Twitter You can contact us by using the contact form or submitting a comment. Thanks for visiting!

PR 30/10/2007
Fort Cambridge: l-Gvern ma jghidx li kienet l-UE li gieghelitu jaghmel EIA - Nuqqas kbir ta’ accountability mill-Gvern.

AD tfakkar li kienet enfasizzat li huwa zball li l-progett ta’ Fort Cambride, li m’huwa xejn hlief progett massiv ta’ spekulazzjoni, jinghata approvazzjoni minghajr ma jsir EIA. Imma il-MEPA mxiet fuq il-pariri li ma hemmx bzonn dan l-EIA.. Tant hu hekk li l-izviluppatur ghamel sejha ghall-bonds, approvati mill-MFSA.

Il-fatti huma cari: AD inghatat ragun. Kienet l-UE l-gimgha li ghaddiet li gieghlet lill-gvern jaghmel EIA jekk ma jridx li jiffaccja ksur ta’ l-obbligi li dahal ghalihom meta Malta saret Membru ta’ l-UE.

Dr Harry Vassallo sahaq lid an il-kaz juri kemm il-gvern jaghmel l-affarijiet ghall-apparenza biss u mhux verament kommess lejn standards Ewropej fil-qasam ta’ l-ippjanar u ambjent.

Fid-dawl ta’ dan il-kaz ta’ misthija il-kelliem ta’ l-AD dwar l-ambjent u l-energija Ralph Cassar qal li n-nies ghandhom dritt ghal risposti cari kemmmlill-Ministru Pullicino, mill-Prim Ministru Gonzi u minn istituzzjoniojiet finanzjarji:

a. Min ta l-parir li ma hemmx bzonn EIA?
b. Min approva dan il-parir u wassal biex il-MEPA approvat dan il-progett?
c. Min approva l-hrug tal-bonds u fuq liema kriterji? Xi kriterji ambjentali uzat il-Financial Services Authority biex stabilit il-veracita’ ta’ dak li jghid il-prospectus li l-ispekulatur ippubblika mas-sejha ghall-bonds ? L-HSBC li sponsorja l-hrig tal-bonds xi kriterji ambjentali applika qabel ma ddecieda li jaghmilha tal-parrinu ? Il-Corporate Social Responsibility li l-bank jiftahar li ghandu taret mar-rih ?
d. Min se jiehu r-responsabbilta tal-kuntrumbajsa tal-MEPA?
e. Min huwa accountable fil-MEPA ghal dan il-bdil ta’ decizjonijiet skond kif jaqbel fil-munemt, irrispettivament tal-hsara li qed issir kemm lill-pajjiz fil-qasam specjalment ta’ l-Unjoni Ewropea, kif ukoll fil-qasam nazzjonali, ambjentali u finanzjarju?
f. Ghaliex il-Ministru Pullilcino fejn jaqbillu japprova d-decizjonijiet tal-bord tal-MEPA u fejn jaqbillu jibqa ma jghid xejn?
g. Il-Ministru Pullicino li fil-portafoll tieghu taqa’ l-MEPA, x’pozizzjoni sejjer jiehu meta wiehed jara l- kutrumbajsa wahda wara l-ohra fil-kazijiet tar-Ramla l-Hamra, ix-Xaghra l-Hamra u Fort Cambridge?
h. Il-Prim Ministru, li tant tkellem fuq stil ta’ politika gdida ihossu responsabbli ghal li qed jigri fil-Ministeri? Kif hadd m’huwa accountable ghal decizjonijiet hziena li qed ihammgu isem Malta ma’ l-Ewropa kollha?

Dawn huma kollha mistoqsijiet li n-nies qed jistaqsu u jridu risposta ghalihom qabel l-elezzjoni. S’issa jidher li ma hawn hadd accountable u responsabbli ghad-decizjonijiet zbaljati li qed jittiehdu. Dan il-kaz juri kemm il-propaganda tal-gvern dwar ‘green budget’ u d-diskors dwr l-ambjent bhala pilastru tal-politika tal-gvern huwa kliem fil-vojt.

Popularity: 2% [?]

Listen to this podcast Listen to this podcast

Print This Post Print This Post





  • Related Posts



  • Leave a Reply

    Comment moderation is enabled. Your comment may take some time to appear.