L-ewwel reazzjoni ta’ AD dwar il-budget
Posted by: kaizenlog in Malta, tags: L-ewwel reazzjoni ta’ AD dwar il-budgetPR 15/10/2007
L-ewwel reazzjoni ta’ AD dwar il-budget
Fl-ewwel reazzjoni tieghu dwar il-budget ic-Chairperson ta’ AD, Dr. Harry Vassallo qal :
Filwaqt li ahna sodisfatti li l-gvern dahhal xi proposti ta’ l-Alternattiva Demokratika fil-budget ta’ din is-sena, huwa ta’ dizappunt li l-Gvern ghazel li jinjora numru ta’ problemi serji li qed jifnu ‘l pajjiz.
Huwa ta’ sodisfazzjon partikolari li l-gvern iddecieda li jzid il-perjodu ta’ leave ta’ maternita’ wara prposta u insistenza mill-Alternattiva Demokratika. Madankollu z-zieda ta’ gimgha xorta thalli lil Malta bhala pajjiz li ghandu wiehed mill-iktar perjodi qosra ta’ maternity leave fl-Ewropa.
Huwa pozittiv ukoll li l-gvern accetta l-proposta ta’ l-Alternattiva li jizdied l-ammont ta’ children’s allowance. Pozittiv ukoll hija z-zieda fl-incentivi ghall-uzu ta’ apparat li juzaw energija alternattiva. Dawn huma mizuri pozittivi u l-AD m’ghandha l-ebda problema li tghid dan.
Madankollu l-Alternattiva Demokratika issostni li l-gvern ghal darb’ohra ghazel li jitfa’ rasu fir-ramel u ma jindirizzax problemi serji ohra li ghandna fil-pajjz.
Fil-kwistjoni tas-surcharge, il-gvern rega iddecieda li ma juzax is-surcharge biex jincentiva lin-nies biex jnaqqsu il-konsum ta’ l-eletriku. Dan seta’ facilment isir b’rati differenzjati ta’ surcharge abbinati mal-konsum ta’ l-elettriku.
Il-gvern ghazel li jinjora ghal kollox il-problemi serji li qed jifnu t-trasport pubbliku tal-pajjiz. Dan il-qasam qed johloq problemi serji fis-socjeta’ kollha partikolarment biz-zieda ta’ tniggiz u kongestjoni urbana. Il-mod kif il-Gvern qed jinjora l-problema tat-trasport pubbliku xxejjen hafna mir-retorika favur l-ambjent li wiehed jista’ jsib fid-diskors tal-bagit. Huwa ta’ ghajb kif il-gvern ghadu ma gharafx il-problemi serji fl-ambjent li s-sitwazzjoni dizastruza fit-trasport pubbliku qed tohloq.
Minkejja diversi weghdi, ghal darb’ohra il-gvern ghazel li jinjora il-kwistjoni tal-ligi antikwata tal-kera. Il-mizura minima biex tinghata ghajnuna lill-koppji biex jixtru dar bl-ebda mod ma tindirizza l-problema serja tal-prezzijiet gholjin tal-propjeta’ filwaqt li l-Gvern qed jinjora ghal darb’ ohra l-ingustizzji kbar li l-ligi tal-kera qed tohloq.
Anki fil-kwistjoni ta’ tassazzjoni fuq il-kumpaniji zghar, dawn se jibqghu ihallsu daqs il-banek il-kbar li ghandhom monopolju fis-suq. AD ipproponiet li ir-rata ta’ taxxa fuq kumpaniji zghar tinzel ghal 30%. Din il-proposta kienet tincentiva aktar investiment lokali fl-ekonomija.
Il-budget juri li l-vizjoni tal-gvern fuq l-ambjent hija kontradittorja. Ezempju huwa l-incineratur tal-biccerija. Filwaqt li huwa pozittiv li l-incineratur tal-biccerija se jigi modernizzat huwa inkwetanti l-fatt li dan l-istess inceneratur se jintuza ukoll biex jinharaq skart li huwa totalment differenti mill-iskart tal-biccerija. Huwa inkwetanti li ftit metri minn fejn se jkunu qed jinqatlu annimali ghall-konsum tan-nies se jkun qed jiddahhal skart infettiv mill-isptarijiet.
Dwar zidiet fl-infieq f’xi oqsma wiehed irid jara kemm certu ziediet huma bizzejjed. Fil-qasam tas-sahha iz-zieda imhabbra ta’ Lm6 miljuni lanqas biss tkopri n-nefqa fuq il-medicini.
Ralph Cassar
A/PRO
Ghal kummenti:
Victor Galea, Segretarju Generali fuq 79017017
Popularity: 6% [?]
Welcome to Kaizenlog.com If you're new here, you may want to subscribe to my RSS feed , Twitter You can contact us by using the contact form or submitting a comment. You can also share this post with your friends by clicking on the 'ShareThis' button above. Thanks for visiting!
Print This Post









Entries (RSS)