Il-GVERN JIĊĊARA L-POŻIZZJONI TIEGĦU DWAR IL-MANDAT TA’ INIBIZZJONI MILL-GWU
Posted by: kaizenlog in Kaizenlog, tags: Il-GVERN JIĊĊARA L-POŻIZZJONI TIEGĦU DWAR IL-MANDAT
Nru. 1481
Il-GVERN JIĊĊARA L-POŻIZZJONI TIEGĦU DWAR IL-MANDAT TA’ INIBIZZJONI MILL-GWU
Il-Gvern ippreżenta fil-Qorti ir-risposta tiegħu għat-talba tal-General Workers Union għall-ħrug ta’ mandat ta’ inibizzjoni sabiex il-Gvern ma jinnegozjax mal-Union Haddiema Magħqudin dwar il-każ tan-nursing aides.
Fis-settur pubbliku, il-prattika ġenerali hija li l-addenda għal ftehim settorjali, li hemm ‘il fuq minn sittin minnhom, ikunu negozjati mal-unions kollha li magħhom kien negozjat u ffirmat il-ftehim settorjali. Dan huwa wkoll loġiku għaliex l-addendum ikun qed jibni fuq u jemenda l-ftehim settorjali u ma jkunx qed jaghmel ftehim gdid.
Il-Gvern isostni li hija prerogattiva tal-management li jagħti għarfien ewlieni lil xi union biex din tirrapreżenta hija biss lil xi settur ta’ ħaddiema partikulari.
Dan huwa fatt rikonoxxut ukoll mill-General Workers Union. Fil-fatt, is-Sur Louis Marsh, f’isem l-istess General Workers’ Union, permezz ta’ e-mail tat-28 ta’ Settembru, 2007 lid-Divizjoni tas-Saħħa, stqarr illi “…..l-għoti ta’ l-għarfien ewlieni huwa prerogattiva tal-management….”. Għalhekk il-Gvern iqis li l–General Workers Union qed tkun irresponsabbli meta tkompli għaddejja b’azzjonijiet li qed jikkawżaw tbatija lil nies vulnerabbli, meta taf tajjeb illi dak li qed tippretendi, hu bla bażi u mhux ġustifikat.
Il-Gvern iheggeg lil General Workers Union twaqqaf immedjatament l-azzjonijiet industrijali li qed jikkawza tbatija lill-morda u lill-anzjani.
DOI – 04.10.2007
Welcome back to Kaizenlog.com, you may want to subscribe to my RSS feed , Twitter You can contact us by using the contact form or submitting a comment. You can also share this post with your friends by clicking on the 'ShareThis' button above. Thanks for visiting!
Print This Post

Entries (RSS)