NO. 1468

Il-Bord tal-Petizzjonijiet u d-Drittijiet taċ-Ċittadin

Il-Ministeru għall-Ġustizzja u l-Intern jagħmel riferenza għall-Bord tal-Petizzjonijiet li twaqqaf bis-saħħa ta’ l-Avviż Legali 414 tal-2005 u jiġbed l-attenzjoni tal-pubbliku għad-drittijiet tiegħu meta xi ħadd ikun għamel petizzjoni lill-Bord.

Il-Bord innota li hemm ċirkostanzi meta, matul il-perjodu li petizzjoni tkun qed tiġi proċessata, il-petizzjonant jirċievi n-notifika sabiex jidher quddiem it-Tribunal Lokali.

Avviż Legali li ġie pubblikat kmieni din is-sena (l-Avviż Legali 144 tal-2007) speċifikament jipprovdi li “Meta tkun ġiet ippreżentata petizzjoni quddiem il-Bord, il-proċedimenti tat-Tribunal li jkunu jirreferu għal dik il-kontravvenzjoni għandhom jiġu sospiżi għal kull effett u fini tal-liġi, sa dik id-data meta l-petizzjoni tiġi deċiża.”

Il-petizzjonant għandu, għalhekk, jinjora kull notifika biex jidher quddiem it-Tribunal Lokali meta dan ikun ippreżenta petizzjoni lill-Bord tal-Petizzjonijiet.

Wieħed irid ifakkar li jekk persuna tħallas il-multa, din l-azzjoni twassal biex il-petizzjoni tkun dikjarata nulla.

DOI – 02.10.2007

Welcome to Kaizenlog.com If you're new here, you may want to subscribe to my RSS feed , Twitter You can contact us by using the contact form or submitting a comment. You can also share this post with your friends by clicking on the 'ShareThis' button above. Thanks for visiting!



Print This Post Print This Post





  • Related Posts



  • Leave a Reply