IT-TNEJN: 1 TA’ OTTUBRU 2007

NO. 1456

Żjarat Kulturali B’temi Partikolari

Iż-żjarat kulturali ta’ din is-sena, organizzati mill-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura bil-kollaborazzjoni ta’ diversi entitajiet fi ħdan l-istess Ministeru, qed jingħataw tema partikolari.

B’kollox se jkun hemm tmien żjarat li ser jinżammu bejn il-Ħadd 21 ta’ Ottubru 2007 u l-4 ta’ Mejju 2008.

  • Il-Ħadd 21 ta’ Ottubru – it-tema ser tkun “Caravaggio” bi żjarat lill-wirja ta’ Caravaggio fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Berġa ta’ l-Italja u l-‘Caravaggio Trail’.

  • Il-Ħadd 25 ta’ Novembru – “Mdina Romantika” bi żjarat f’Palazzo Falson, kunċert mill-Orkestra Nazzjonali fil-Kunsill Lokali Mdina u l-Palazz Vilhena (Mużew Nazzjonali ta’ l-Istorja Naturali).

  • Il-Ħadd 9 ta’ Diċembru – “Tradizzjoni u Industrja” bi żjarat lill-‘Proċess taż-Żejt taż-Żebbuġa’ fil-Wardija, ‘Mitħna tad-Dħin’ fil-Villaġġ tal-Mistra u ‘Azzopardi Fisheries’ (it-tonn).

  • 13 ta’ Jannar 2008 – “Trasport” bi żjarat lill-Istazzjon tal-Ferrovija fil-Rabat, Buġibba Vintage Cars Exhibition u l-bini tad-Dgħajsa Maltija.

  • 17 ta’ Frar 2008 – “Sant’Iermu u l-madwar” bi żjarat lil Malta Experience, Alarme f’Sant’Iermu, is-Sacra Infermeria u Knights Hospitaliers fiċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi .

  • 16 ta’ Marzu 2008 – “Il-Kult tal-Ġimgħa Mqaddsa ”, bi żjarat ta’ wirjiet marbuta ma’ din il-festa.

  • 20 ta’ April 2008 – Ħarġa kulturali ta’ ġurnata f’Għawdex.

  • 4 ta’ Mejju 2008 – Dawra bil-lanċa mal-portijiet tagħna.

Iż-żjarat kulturali huma llum parti mill-kalendarju ta’ attivitajiet li bosta jkunu qed jistennew kull sena biex ikabbru t-tagħrif tagħhom dwar dak kollu li hu Malti.” Hekk qal il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech meta nieda l-edizzjoni ta’ din is-sena taż-żjarat kulturali.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li din is-sena qegħdin inżewqu l-kultura mat-tradizzjoni, l-industrja u t-trasport biex nagħtu lil dawk kollha li tinteressahom l-istorja ta’ pajjiżna u dak kollu li hu Malti, firxa wiesgħa ta’ tagħrif importanti f’dan ir-rigward.

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li l-kultura kienet tikkontribwixxi b’mod qawwi lejn is-settur turistiku tant li kienet waħda mill-aktar niċeċ importanti. Hu qal li kien għalhekk li l-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura kien jagħmel min kollox biex il-poplu Malti u Għawdxi jsir aktar konxju minn dak li għandna ħalli mhux biss ikun jaf aktar dwar l-istorja, il-kultura u t-tradizzjonijiet ta’ pajjiżna iżda jkun jista’ jgħaddi dan l-għerf u tagħlim lil min iżurna u hekk jikkontribwixxi għal dan is-settur ekonomiku importanti għall-iżvilupp ta’ pajjiżna.

Il-Ministru Zammit Dimech tenna li l-organizzazzjoni ta’ dawn iż-żjarat hi ħidma bi sħab bejn diveri oqsma fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura: l-Awtorità għat-Turiżmu ta’ Malta; il-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti; Heritage Malta u l-Orkestra Nazzjonali. Hu qal li dan juri li meta jkun hemm sinerġija, attivitajiet bħal dawn jkunu organizzati bl-aktar mod professjonali.

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura radd ħajr lil dawk kollha li kkontribwew biex dawn iż-żjarat daħlu fil-kalendarju kulturali ta’ pajjiżna.

DOI - 01.10.2007

Welcome to Kaizenlog.com If you're new here, you may want to subscribe to my RSS feed , Twitter You can contact us by using the contact form or submitting a comment. You can also share this post with your friends by clicking on the 'ShareThis' button above. Thanks for visiting!



Print This Post Print This Post





  • Related Posts



  • Leave a Reply