STQARRIJA MILL-MINISTERU TA’ L-AFFARIJIET RURALI U L-AMBJENT DAWR L-IZVILUPP FIL-PERMESS TAL-ULYSSES LODGE – KAZ CAR LI JURI KIF L-ISTRUTTURI LI JIRREGOLAW L-IPPJANAR F’PAJJIZNA HUMA EFFETTIVI
Posted by: kaizenlog in Malta, tags: STQARRIJA MILL-MINISTERU TA’ L-AFFARIJIET RURALI U L-NRU 1449
STQARRIJA MILL-MINISTERU TA’ L-AFFARIJIET RURALI U L-AMBJENT DAWR L-IZVILUPP FIL-PERMESS TAL-ULYSSES LODGE – KAZ CAR LI JURI KIF L-ISTRUTTURI LI JIRREGOLAW L-IPPJANAR F’PAJJIZNA HUMA EFFETTIVI
Il-Partit Laburista qed jipprova jiehu gwadann politiku b’mod irresponsabbli mill-fatt li l-MEPA, fuq parir legali li nghatalha, ghanda tirrevoka l-permess ghal bini li kien se jissostitwixxi l-bini ezistenti ta’ llum tal-Ulysses Lodge proprju ghax l-applikant ma jistax jissodisfa wahda mill-kundizzjonijiet li l-istess Awtorita’ ghazlet li taghmel meta f’Gunju li ghadda approvat dik l-applikazzjoni.
F’tentattiv biex jaljena mill-importanza ta’ l-izviluppi li sehhew fl-ahhar jiem dwar din l-applikazzjoni, l-Partit Laburista hareg stqarrija mimljia kontradizzjonijiet u insinwazzjonijiet.
L-ahhar zviluppi fir-rigward ta’ din l-applikazzjoni jikkonfermaw kemm l-istrutturi li jirregolaw l-ippjanar f’pajjizna huma effettivi. Dan jikkuntrasta bil-kbir mal-bahh li kien jezisti f’dan il-qasam sa’ qabel l-1987, fejn il-processi tal-permessi tal-bini kien mizghud bil-korruzzjoni
Filwaqt li jfakkar li l-kaz dwar din l-applikazzjoni ghadu jrid jinstema waqt laqgha pubblika li se ssir il-gimgha d-diehla u li ghalhekk wiehed ghandu jkun prudenti meta jtikellem, il-Gvern ma jistax ma jiddeplorax l-istqarrija mimlija allegazzjonijiet infondati mahruga mill-Partit Laburista.
Li ma jghidx il-Partit Laburista huwa li l-izviluppi ta’ l-ahhar jiem sehhew b’rizultat dirett ta’ wahda mill-kundizzjonijiet li imponiet il-MEPA ghall-ewwel darba fl-ghoti tal-permess originali. Dan kien jorbot lill-izviluppatur li jidhol f’kuntratt mal-MEPA biex ikun evitat li fil-futur dan l-izvilupp ma jintuzax ghal skopijiet ohrajn ghajr dawk ta’ uzu ghal skop turistiku li abbazi taghhom hareg il-permess.
Hija ironija kbira li l-MLP jallega li l-Gvern prezenti indahal fil-process ta’ din l-applikazzjoni, meta kien l-istess Partit Laburista li ddikjara li jekk ikun fil-Gvern jintervjeni fuq dan il-permess u fuq applikazzjonijiet ohra ta’ zvilupp.
Li ma jistax jifhem il-Partit Laburista huwa l-fatt li s-sistema tal-ippjanar illum hija b’sahhitha u din is-sistema, minkejja xi difetti li ghad ghandha, taghti lok ta’ rimedju f’kaz bhal dan
DOI – 29.09.2007
Welcome to Kaizenlog.com If you're new here, you may want to subscribe to my RSS feed , Twitter You can contact us by using the contact form or submitting a comment. You can also share this post with your friends by clicking on the 'ShareThis' button above. Thanks for visiting!
Print This Post









Entries (RSS)