L-FKNK għandha tieħu t-talbiet tal-Gvern dwar is-self regulation bis-serjetà
Posted by: kaizenlog in Malta, tags: L-FKNK għandha tieħu t-talbiet tal-Gvern dwar is-selfNRU 1437
L-FKNK għandha tieħu t-talbiet tal-Gvern dwar is-self regulation bis-serjetà
B’riferenza għall-istqarrija tal-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) dwar il-proposta ta’ ‘self-regulation’ għall-attività tal-kaċċa fil-gżejjer Maltin, il-Gvern jirriafferma li sal-lum għadu ma rċieva ebda proposta aċċettabbli mill-FKNK dwar dan.
Barra minnhekk, ta’ min ifakkar li l-Gvern diġa esprima ruħu bosta drabi li l-proposta li kienet ressqet l-FKNK f’Ġunju li għadda ma kinitx tilħaq l-aspettattivi bażiċi tal-Gvern f’dan ir-rigward. Ta’ min ifakkar ukoll li dak iż-żmien il-Gvern kien offra li jgħin lill-FKNK biex tkun tista’ tressaq proposta ġdida għal sistema ta’ ‘self-regulation’ fuq bażi nazzjonali. Din l-għajnuna tista’ anke tingħata billi jinġieb espert barrani f’dan il-qasam magħżul mill-FKNK stess. S’issa l-FKNK ma bgħatet ebda komunikazzjoni finali dwar din l-offerta għall-għajnuna.
Għalkemm fl-istqarrija tagħha l-FKNK riedet tagħti l-impressjoni li hija kommessa lejn l-introduzzjoni ta’ sistema bħal din, fil-prattika qed tkaxkar saqajha.
Il-Gvern għal daqshekk jerġa jappella lill-FKNK biex tressaq proposta konkreta għal ‘self-regulation’ mill-aktar fis possibbli. Is-‘self-regulation’ m’għandhiex tbeżża lil min irid jipprattika l-passatemp tiegħu b’responsabilità. Jekk l-FKNK tonqos milli tagħmel dan, allura trid terfa’ r-responsabilità għall-miżuri li l-Gvern bi dritt jagħraf jieħu f’dan in-nuqqas.
DOI – 27.09.2007
Welcome to Kaizenlog.com If you're new here, you may want to subscribe to my RSS feed , Twitter You can contact us by using the contact form or submitting a comment. You can also share this post with your friends by clicking on the 'ShareThis' button above. Thanks for visiting!
Print This Post









Entries (RSS)