IT-TNEJN, 24 TA’ SETTEMBRU 2007

NO. 1407

Kunċert li jfakkar avvenimenti marbuta mas-sħubija ta’ Malta fl-UE

Is-‘Sliema Symphony Band’ din is-sena ser terġa’ tfakkar permezz ta’ ‘Celebrity Concert’ is-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea u l-kunċert storiku ta’ l-istess banda fi Brussels fl-2003 fejn indaqq għall-ewwel darba l-Innu Malti fil-belt kapitali tal-Belġju li hi l-belt amministrattiva ta’ l-Unjoni Ewropea.

Is-‘Celebrity Concert’ ta’ din is-sena ser jsir nhar il-Ħadd 21 ta’ Ottubru fiċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi u ser jinkludi lit-tenur ta’ fama internazzjonali Kaludi Kaludow u lil Paul Borg, magħruf għad-daqq tat-‘tuba’.

Il-baned Maltin huma wkoll skejjel tal-mużika u għalhekk ikkontribwew bis-sħiħ lejn il-kultura tal-mużika f’pajjiżna li hi mifruxa f’kull belt u raħal ta’ pajjiżna u fost il-poplu Malti kollu. Il-bandisti Maltin, frott il-baned Maltin, jtellgħu kunċerti f’teatri u swali u fil-pjazez ta’ pajjiżna l-aktar fiż-żminijiet ta’ festi li jiġu organizzati għad-unur il-qaddisin protetturi tagħna fl-istaġun tas-sajf. Dan jagħmel mill-baned parti integrali mill-ħajja tal-belt u r-raħal u mill-kultura u t-tradizzjoni ta’ pajjiżna u għalhekk jikkontribwixxu lejn l-identità tagħna bħala poplu.”

Dan stqarru l-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech meta nieda l-iSpecial Celebrity Concert for Europe mis-‘Sliema Symphony Band’ intitolat “Kaludi Canta Italia”.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li din iċ-ċelebrazzjoni tas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea tagħti lis-‘Sliema Symphony Band’ dimensjoni li tmur ’il bogħod minn xtutna u li tkompli tinseġ għaliha rikonoxximenti speċjali għall-ħidma tagħha biex ixxerred il-kultura tal-mużika.

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li għall-kunċert ta’ din is-sena s-Soċjetà Filarmonica ‘Sliema’ qed tagħmel użu mis-servizzi tat-tenur ewlieni Bulgaru Kaludi Kaludow li ser jagħti selezzjoni ta’ kanzunetti klassiċi Taljani u romanzi popolari mill-opri. Fl-istess kunċert ser idoqq Paul Borg li ser jinterpreta il-Kunċert għat-‘tuba’ ta’ Edward Gregson.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li Malta, bħala pajjiż membru ta’ l-Unjoni Ewropea, għandha l-opportunità li tkun parti minn proġetti kulturali finanzjati mill-EU bl-iskop li jippromwovu l-kultura tal-pajjiżi membri. Hu qal li jemmen li dawn il-fondi jistgħtu jagħtu kontribut importanti lejn it-tisħiħ tal-baned f’pajjiżna u dak kollu li jirrapreżentaw.

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li l-baned kienu wkoll jikkontribwixxu lejn il-qasam turistiku billi parti kbira tat-turisti li jżuruna fl-istaġun tas-sajf isegwu l-marċi u l-kunċerti li jsiru b’tant brijju fl-ibliet u l-irħula tagħna. Hu qal li dawn jagħmlu wkoll parti mill-esperjenza li t-turist jieħu lura miegħu f’pajjiżu u li tgħin biex nippromwovu aħjar lil Malta u Għawdex.

DOI - 24.09.07

Welcome to Kaizenlog.com If you're new here, you may want to subscribe to my RSS feed , Twitter You can contact us by using the contact form or submitting a comment. You can also share this post with your friends by clicking on the 'ShareThis' button above. Thanks for visiting!



Print This Post Print This Post





  • Related Posts



  • Leave a Reply