Nru. 1388

JUM L-INDIPENDENZA, 21 TA’ SETTEMBRU, 2007

Fl-okkazjoni ta’ JUM L-INDIPENDENZA l-Kumitat Festi Nazzjonali se jorganizza dawn l-attivitajiet.

Il-Ħamis, 20 ta’ Settembru, 2007

Tqegħid ta’ Kuruni mill-Kumitat Festi Nazzjonali fuq Monumenti/Oqbra ta’ Prim Ministri mejtin.

Il-kuruni jitqiegħdu f’din is-sekwenza

10.00 hrs Monument ta’ l-Ex-Prim Ministru George Borg Olivier - Misraħ Kastilja - Valletta

10.03 hrs Monument ta’ l-Ex-Prim Ministru Paul Boffa - Misraħ Kastilja, Valletta

10.05 hrs Monument ta’ l-Ex-Prim Ministru Gerald Strickland

- Barrakka ta’ Fuq, Valletta

10.15 hrs Monument ta’ l-Ex-Prim Ministru Ugo Mifsud - Floriana

10.35 hrs Qabar ta’ l-Ex-Prim Ministru Nerik Mizzi - Ċimiterju Santa Marija Addolorata, Paola

10.40 hrs Qabar ta’ l-Ex Prim Ministru Joseph Howard - Ċimiterju Santa Marija Addolorata, Paola

10.45 hrs Qabar ta’ l-Ex Prim Ministru Francesco Buhagiar

Ċimiterju Santa Marija Addolorata, Paola

Il-Ġimgħa, 21 ta’ Settembru, 2007

JUM L-INDIPENDENZA

Quddiesa Pontifikali u “Te Deum” fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann

09.30 hrs Tluq tal-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta flimkien ma’ Gwardja ta’ l-Unur minn ħdejn il-Monument ta’ Kristu Re tul Triq ir-Repubblika, Valletta.

09.43 hrs Wasla tal-Gwardja ta’ l-Unur u l-Banda tal-Forzi Armati f’Misraħ San Ġwann

09.47 hrs Wasla tal-Kmandant tal-Forzi Armati

09.51 hrs Wasla ta’ l-Onor. Prim Ministru

09.55 hrs Wasla ta’ l-ET il-President ta’ Malta

Jingħata Salut Nazzjonali u ssir spezzjoni tal-Gwardja ta’ l-Unur.

10.00 hrs Quddiesa Pontifikali u kant tat-Te Deum

Tqegħid ta’ Fjuri fuq il-Monument ta’ l-Indipendenza, Floriana.

11.45 hrs Il-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta u l-Gwardja ta’ l-Unur jimmarċjaw tul Triq l-Assedju l-Kbir, Floriana.

11.50 hrs Wasla tal-Gwardja ta’ l-Unur u l-Banda tal-Forzi Armati ħdejn il-Monument ta’ l-Indipendenza

11.55 hrs Wasla tal-Kmandant ta’ l-AFM

11.59 hrs Wasla ta’ l-E.T. il-President ta’ Malta u l-Onor. Prim Ministru

12.00 hrs L-E.T. il-President ta’ Malta, u l-Onor. Prim Ministru jqiegħdu bukketti ta’ fjuri fuq il-Monument.

KUNĊERT TA’ L-INDIPENDENZA

19.00 hrs Kunċert Sinfoniku mill-Orkestra Nazzjonali b’direzzjoni ta’ Mro Micheal Laus fil-Bitħa tal-Palazz, Valletta.

Nota :- Hemm numru limitat ta’ inviti għall-pubbliku in generali. Dawn jistgħu jinkisbu mill-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti, Kumitat Festi Nazzjonali, 230 Triq ir-Repubblika, Valletta.

DOI – 18.09.2007

Welcome back to Kaizenlog.com, you may want to subscribe to my RSS feed , Twitter You can contact us by using the contact form or submitting a comment. You can also share this post with your friends by clicking on the 'ShareThis' button above. Thanks for visiting!



Print This Post Print This Post





  • Related Posts



  • Leave a Reply