Laqgħa ta’ Konsultazzjoni dwar l-Abbozz ta’ Politika Nazzjonali dwar id-Droga
Posted by: kaizenlog in Malta
NO. 1273
Laqgħa ta’ Konsultazzjoni dwar l-Abbozz ta’ Politika Nazzjonali dwar id-Droga
Il-Kummissjoni Nazzjonali dwar l-Abbuż mid-Droga, Alkoħol u Dipendenzi Oħra flimkien mad-Direttorat għall-Iżvilupp tal-Politika u Implimentazzjoni ta’ Programmi fi ħdan il-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali ser jagħmlu laqgħa ta’ konsultazzjoni dwar l-Abbozz ta’ Politika Nazzjonali dwar id-Droga. li kien ippubblikat f’Lulju li għadda.
Din il-laqgħa ser issir nhar l-Erbgħa 29 ta’ Awissu 2007, fir-Robert Samut Hall, il-Furjana, liema laqgħa tibda fid-9 ta’ filgħodu.
Kull min għandu bżonn kopja ta’ dan l-Abbozz ta’ politika nazzjonali, jista’ jikseb kopja mill-website tal-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali www.mfss.gov.mt
Id-dħul huwa b’xejn, madankollu kull min huwa interessat li jattendi huwa mitlub jikkonferma l-attendenza tiegħu billi jċempel fuq 2590 3132 jew inkella jibgħat email fl-indirizz drugspolicy [Email address: drugspolicy #AT# gov.mt - replace #AT# with @ ]
DOI – 27.08.2007
Popularity: 2% [?]
Welcome to Kaizenlog.com If you're new here, you may want to subscribe to my RSS feed , Twitter You can contact us by using the contact form or submitting a comment. You can also share this post with your friends by clicking on the 'ShareThis' button above. Thanks for visiting!
Print This Post









Entries (RSS)