Nru. 1232

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA` DWAR DIRETTIVI MILL-GWU

Wara intervent mid-Direttur ta` l-Impjiegi u Relazzjonijiet Industrijali, Dr Noel Vella, il-GWU aċċettat li tirtira d-direttivi kollha tagħha kontra l-Ministeru tas-Saħħa għal perjodu ta’ tliet ġimgħat biex iservi bħala cooling-off period fuq il-kwistjoni tan-nursing aides.  F’dan il-perjodu d-diskussjonijiet bejn iż-żewġ naħat ser ikomplu b’mod intensiv.  F’kummenti li ta l-Ministru tas-Saħħa dwar dan l-iżvilupp, huwa wera s-sodisfazzjon tiegħu li d-direttivi kontra l-anzjani u l-pazjenti ġew irtirati u b’hekk setgħu jitkomplew id-diskussjonijiet mal-GWU ukoll.  “Kull kwistjoni li jista’ jkun hemm tissolva biss madwar il-mejda tad-diskussjoni.  Nhar il-Ħamis ser jitkomplew id-diskussjonijiet mal-GWU ukoll.  B’rieda tajba minn kulħadd nistgħu naslu nkomplu ntejbu s-servizzi tas-saħħa biex il-pazjenti u l-anzjani jkunu moqdijin dejjem aħjar.”

DOI 14.08.2007

Welcome to Kaizenlog.com If you're new here, you may want to subscribe to my RSS feed , Twitter You can contact us by using the contact form or submitting a comment. You can also share this post with your friends by clicking on the 'ShareThis' button above. Thanks for visiting!



Print This Post Print This Post





  • Related Posts



  • Leave a Reply