NRU 1222
STQARRIJA MID-DIVIŻJONI TAS-SAĦĦA
Il-GWU tgħawweġ il-fatti
Il-General Workers Union ma qalitx il-verita` fl-istqarrija li ħarġet il-bierah fil-5.30 ta’ wara nofsinhar dwar il-kwestjoni li għandha mad-Divizjoni tas-Saħħa. Il-fatti jgiddbu bl-aktar mod ċar dak li sostniet l-istqarrija tal-GWU.
Matul din il-kwestjoni, il-pożizzjoni tal-GWU kienet li dakinhar li l-Gvern jiltaqa’ mal-Union, il-Union kienet ser tissosspendi l-azzjonijiet tagħha li kif jaf kulhadd kienu qed joħolqu tbatija kbira lill-pazjenti u lill-anzjani fl-isptarijiet u fir-residenzi tal-Gvern. Il-pożizzjoni tal-Gvern kienet skond il-prassi industrijali, jigifieri li meta l-Union twaqqaf l-azzjonijiet, il-Gvern ser jagħti data u ħin għal-laqgħa.
Tajjeb jinghad li l-Union kienet qed tinsisti, ghall-konvenjenza taghha, li ma jsirux laqghat bejn it-13 u s-26 ta’ Awissu.
Il-bieraħ, il-GWU infurmat lid-Diviżjoni tas-Saħħa li kienet ser tissosspendi l-azzjonijiet taghha f’nofs il-lejl ta’ bejn il-Hamis u l-Gimgha. Id-Diviżjoni wieġbet illi meta l-azzjonijiet ikunu sospizi, hija kienet ser tagħmel dejjem kif sostniet, jiġifieri li tagħti data u ħin lill-Union għal-laqgħa. Fil-fatt, ħmistax-il minuta wara li l-GWU waqqfet l-azzjonijiet li kienu qiegħdin jikkaġunaw tbatija lill-pazjenti u l-anzjani, saret stedina lill-GWU għal-laqgħa tal-lum f’nofsinhar.
Dan juri bl-aktar mod car li kuntrarjament ghal dak li sostniet il-bierah il-GWU:-
-
mhux minnu li ntlaħaq xi ftehim il-bieraħ wara nofsinhar bejn il-GWU u d-Divizjoni tas-Saħħa u
-
mhux minnu li fil-ħin li ħarġet l-istqarrija id-Diviżjoni kienet ikkomettiet ruħha għal data u ħin għal xi laqgħa mal-GWU.
Hija ħasra li Union ewlenija f’pajjizna, wara li tagħti direttivi li jikkagunaw tbatija lill-morda u lill-anzjani, toħroġ stqarrija qarrieqa.
DOI – 10.08.2007
Popularity: 1% [?]
Welcome to Kaizenlog.com If you're new here, you may want to subscribe to my RSS feed , Twitter You can contact us by using the contact form or submitting a comment. You can also share this post with your friends by clicking on the 'ShareThis' button above. Thanks for visiting!
Print This Post









Entries (RSS)