NRU 1221

Iċ-Ċentri ta’ l-irħula ta’ Pajjizna jingħataw dehra isbaħ li tikkumplimenta ma’ l-arkitettura tal-knejjes parrokkjali

Bix-xogħlijiet li għaddejjin u b’dawk li saru l-Ministeru se jkun sebbaħ ‘l fuq minn ħmistax il-ċentru ta’ l-irħula madwar pajjiżna.

Pajjiżna mgħoni b’teżori arkitettoniċi mżewqa b’karatterisitici li jirriflettu l-istorja u l-fażijiet li pajjiżna għadda minnhom. Fost dawn it-teżori nsibu ċ-ċentri ta’ l-irħula li fil-biċċa l-kbira tagħhom insibu l-knisja parrokjali, monument ta’ l-arkitettura bi pjazza quddiemhom. Fl-aħħar snin, fuq pjan strateġiku, l-Ministeru wettaq diversi proġetti sabiex dawn it-teżori jkunu msebbħa u rijabilitati fuq l-ogħla livelli. Dan qalu l-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura, il-Perit Ninu Zammit meta kien qed iżur l-aħħar xogħlijiet ta’ tisbiħ li qed isiru fiz-zuntier tal-Knisja ddedikata lill-Madonna ta’ Lourdes f’San Ġwann.

Il-proġett taz-zuntier tal-knisja parrokjali ta’ San Ġwann kellu l-għan li filwaqt li, jinbidel il-wiċċ taz-zuntier minn madum tas-siment għal madum ta’ kwalita superjuri, jiġu rispetati l-linji arkitettoniċi tal-knisja . Barra minn hekk filwaqt li l-madum il-ġdid ta dehra isbaħ li tixraq lill-post se jkun ukoll wiċċ aktar addattat għan-nies li jiffrekwentaw il-post. L-area tal-pavimentar ma tinkludiex biss iz-zuntier iżda tinkludi wkoll il-parti quddiem il-kunvent tal-patrijiet li jinsab biswit il-knisja kif ukoll d-dawra tal-bankina li ddur maz-zuntier. F’din il-parti il-madum użat hu tat-tip griż. L-area kollha tal-pavimentar tammonta għal madwar 400 metri kwadri.

Meta kien qed jispjega l-andament tax-xogħlijiet, il-Ministru Zammit qal li wara li nqala l-wiċċ l-antik li kien magħmul minn madum tas-siment, ingħatat sodda tal-konkos fuq bażi soda sabiex ikun assigurat li l-madum li tpoġġa jitqiegħed fuq sodda tajba u b’hekk jiġu evitati xi ċaqliq tal-madum fil-futur. Qabel ingħata l-konkos saru l-pajpijiet neċessarji sabiex minn ġo fihom ikunu jistgħu jgħaddu l-wires li se jifforma parti minn sisitema ġdida ta’ lluminazzjoni li se ddawwal il-knisja. Fil-fatt din l-installazjoni se tkun tista tbiddel id-dehra tal-knisja u tagħmel iz-zuntier aktar miftuħ peress li tneħħew rifletturi li kienu mqiegħda ġo kaxxi tal-ġebel mibnija fuq iz-zuntier.

Id-disinn tal-pavimentar li ġie applikat jirrispetta l-istil arkitettoniku tal-binja tal-knisja u hu magħmul minn margins b’madum tal-granit b’kulur griż u bejniethom tpoġġa madum tal-granit b’kulur aktar ċar. Sabiex iz-zuntier ikun aċċessibli għal kulhadd ġiet iffurmata rampa fil-ġenb taz-zuntier u saru railings ġodda mal-ġnub ta’ l-istess rampa u t-turġien li jwassluk għaz-zuntier. Issa li l-paviment taz-zuntier hu lest jonqos biss it-tqegħid ta’ turġien ġodda b’materjal tal-granit.

Ix-xogħol kollu sar mill-ħaddiema tal-Gvern u l-investiment totali fuq dan il-proġett jammonta għal madwar Lm38,000 (€ 88, 516.19) inkluż il-pagi tal-ħaddiema nvoluti. Hu pprogrammat li t-taraġ flimkien mas-sistema tad-dawl isiru fil-ġranet li ġejjin bl-iskop li x-xogħlijiet kollha jintemmu qabel is-Sajf ta’ din is-sena.

Matul iż-żjara tiegħu l-Ministru Ninu Zammit tenna li dan il-proġett hu ħolqa minn katina ta’ proġetti mmirati li jsebbħu c-centri ta’ l-irħula ta’ pajjiżna. Hawnhekk il-Ministru rrefera għal bosta xogħlijiet ta’ tisbiħ li qed ikunu mwettqa bħalissa jew li se jibdew aktar tard matul din is-sena. Fost dawn insibu proġetti simili ta’ tisbiħ fiċ-ċentri ta’ l-irħula bħaċ-ċentru tar-raħal tal-Qrendi, id-dawra tal-knisja ta’ San Bastjan f’Ħal-Qormi u z-zuntier tal-knisja parrokkjali ta’ Haż-Zabbar. Matul din is-sena ser ikunu mplimentati proġetti oħra fosthom pavimentar mill-ġdid taz-zuntier tal-knisja ddedikata lil San Ġorg f’Hal-Qormi, tal-knisja parrokkjali fil-Fgura, tal-knisja ddedikata lil Santa Marija fl-Imqabba, u dak tal-knisja parrokkjali ta’ Ħal-Balzan. “Lista twila u ambizzjuża ta’ xogħlijiet li b’rieda u impenn mill-Ministeru kollu, mill-kbir sa ż-żgħir, tiġi mwettqa b’suċċess kif ġara fl-aħħar erba’ snin”, saħaq il-Ministru. Fl-aħħarnett il-Ministru Zammit irringrazzja lill-kappillan li bil-koperazzjoni tiegħu, dan il-proġett seta’ jiġi mplimentat.

DOI – 10.08.2007

Welcome back to Kaizenlog.com, you may want to subscribe to my RSS feed , Twitter You can contact us by using the contact form or submitting a comment. You can also share this post with your friends by clicking on the 'ShareThis' button above. Thanks for visiting!



Print This Post Print This Post





  • Related Posts



  • Leave a Reply