IL-ĦAMIS: 9 Ta’AWISSU 2007

NO. 1212

Skolasajf 2007 – Jum il-Ħarsien ta’ l-Annimali

Madwar 3,800 tifel u tifla mill-iskejjel statali, tal-knisja w indipendenti, qegħdin jipparteċipaw fil-programm ta’ Skolasajf ta’ din is-sena. Qegħdin jieħdu sehem ukoll madwar 300 student/a Universitarju/a li qed isegwu korsijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-edukazzjoni u madwar 130 kap /assistent kap /għalliem/a bħala Ko-Ordinaturi fiċ-Ċentri ta’ Skolasajf.

Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol, Dr. Louis Galea, dalgħodu żar iċ-Ċentru ta’ Skolasajf tal-Floriana. F’dan iċ-ċentru, kif sar fiċ-ċentri kollha ta’ Skolasajf illum, sar programm speċjali fl-okkażjoni ta’ ‘Jum il-Ħarsien ta’ l-Annimali’.

Bħala parti mill-attivitajiet ta’ Skolasajf, fl-ewwel ġimgħa tax-xahar t’Awissu jiġi mfakkar dan il-Jum. F’din il-ġurnata jsiru diversi attivitajiet biex titqajjem kuxjenza dwar il-ħarsien ta’ l-annimali kif ukoll biex l-istudenti jiġu mħeġġa jħobbu, jirrispettaw u jerfgħu r-responsabbiltà ta’ l-annimali domestiċi tagħhom. Diversi organizzazzjonijet mhux governattivi qed jagħmlu żjarat f’diversi ċentri ta’ Skolasajf fejn qed jitwettaq programm ta’ tliet sigħat li jwassal messaġġ permezz ta’ sessjonijiet prattiċi w edukattivi mat-tfal.

Il-programm Skolasajf joffri l-opportunità lill-istudenti li jkollhom programm edukattiv u kreattiv tul ix-xhur tas-sajf biex filwaqt li jużaw il-ħin liberu tagħhom b’mod produttiv ikunu qed jilagħbu u jitgħallmu ma’ sħabhom. Skolasajf toffri wkoll l-opportunità lill-ġenituri ta’ l-istudenti, speċjalment dawk li jaħdmu, biex fil-ħinijiet tax-xogħol ikunu moħħhom mistrieħ dwar x’qed jagħmlu t-tfal.

Skolasajf 2007 fetħet il-bibien tagħha nhar it-Tnejn 16 ta’ Lulju u tiġi fi tmiemha nhar it-Tnejn 10 ta’ Settembru 2007 - kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn id-9.00a.m. u 12.00p.m. Il-Programm hu miftuħ għat-tfal tar-raba’, il-ħames u s-sitt klassi ta’ l-iskejjel primarji kollha (Stat, Knisja w Indipendenti).

Il-Ministru Galea fakkar illi t-tema magħżula għal din is-sena hija “L-Ewro tagħna wkoll”. Il-programm qiegħed jiffoka fuq l-oqsma ta’ Informazzjoni, Parteċipazzjoni u Ħbiberija. F’dan ir-rigward qed issir ħidma kollaborattiva mal-Kumitat Nazzjonali għall-Bidla għall-Ewro. Qed isir kwizz fl-iskejjel, kompetizzjoni tat-tpinġija u sessjonijiet informattivi dwar il-bidla tal-munita f’pajjiżna.

Tfal li jattendu l-iskola bl-għajnuna tal-‘facilitator’ qed ikollhom dan is-servizz ukoll għall-Programm Skolasajf filwaqt li dawk it-tfal li jattendu l-iskejjel speċjali għandhom programmi apposta.

Hemm ukoll programm magħruf bħala Klabbsajf għal dawk l-istudenti li tul is-sena skolastika jingħataw s-servizz ta’ l-għajnuna kumplimentari fil-litteriżmu. Dan il-programm hu maħsub apposta biex jgħin lil dawn l-istudenti jimxu ’l quddiem fl-edukazzjoni.

PROGRAMM TA’ SKOLASAJF 2007

Seminars għall-Ko-Ordinaturi kollha

Is-seminars għall-Ko-Ordinaturi jservu bħala preparazzjoni u ko-ordinazzjoni bejn il-Proġetti Speċjali kollha. Is-Seminars huma maqsuma wieħed għall-Ko-Ordinaturi ta’ l-Ewwel Sessjoni u l-ieħor għall-Ko-Ordinaturi tat-Tieni Sessjoni. Is-Seminar tal-Ko-Ordinaturi ta’ l-Ewwel Sessjoni sar nhar il-Ħamis 12 ta’ Lulju 2007 ġewwa l-National Curriculum Centre. F’dan is-Seminar ingħataw dettalji dwar il-Programmi Speċjali ta’ Skolasajf għal din is-sena kif ukoll dwar it-tmexxija ta’ dawn il-Programmi. Is-Seminar għall-Ko-Ordinaturi tat-Tieni Sessjoni ser isir nhar It-Tlieta 7 t’Awissu 2007.

Programm għall-iSkejjel Primarji

Il-Programm ta’ ħidma għat-tfal fi Skolasajf jinkludi sessjonijiet ta’ tpinġija, drama, żfin, kant, mima, diskussjonijiet, sport u żjarat f’postijiet kulturali, industrijali u kummerċjali kemm fuq skala lokali kif ukoll fuq skala nazzjonali,bħal per eżempju: fabbriki, mużewijiet, stazzjonijiet tar-radju, knisja parrokkjali, banek u uffiċċji, u Kunsilli Lokali.

Quiz Dwar l-Ewro.

Qed jiġi organizzat ‘quiz’ dwar l-ewro. Dan il-‘quiz’ jagħti ħarsa lejn diversi temi marbuta ma` din il-munita u t-tħaddim tagħha f’diveri pajjiżi. Huwa ‘quiz’ informattiv u nteressanti li minnhu qed jitgħallmu ħafna it-tfal ta’ Skolasajf. Ta` min igħid illi ċ-Ċentri kollha ta` Skolasajf qegħdin jieħdu sehem f`dan il-‘quiz’ illi issa wasal fil-fażi tas-semi finali.

Inħobb Nilgħab” Weetabix Fun Games Festivals

Din il-ġimgħa bdew isiru attivitajiet reġjonali bejn 5 / 6 Ċentri fuq bażi eliminatorja. Dawk iċ-ċentri li jikkwalifikaw minn din il-fażi, jikkompetu f’attivita’ Nazzjonali fl-aħħar tas-sajf waqt il-Fieramaratona.

Kunsilli ta’ l-Istudenti waqt Skolasajf

Kull Ċentru ta’ Skolasajf qed jiġi mħeġġeġ biex iwaqqaf kunsill ta’ l-istudenti li jipparteċipaw fi proċess ta’ konsultazzjonijiet f’deċizjonijiet li jolqtu liċ-Ċentru tagħhom.

Programmi Speċjali fl-iskejjel

Dawn il-programmi jinkludu:

  • Programm ta’ Prevenzjoni mill-Aġenzija Sedqa.

  • Programm ta’ Prevenzjoni mill-Caritas

  • Healthy Breakfast Days

  • Ħarsien ta’ l-Annimali

  • Żjarat – Radju ta’ l-Universita’ - CAMPUS FM

  • Żjara f’siti rrestawrati mill-Fondazzjoni Wirt Artna

  • Drama

  • Tħawwil ta’ siġar – bħala parti mill-programm 34U

  • Kwiżż dwar l-Ewro

  • Kompetizzjoni ta` Tpinġija u kitba – Laboratorju tal-Paċi

  • Kampanja kontra tipjip - Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ.

  • Kompetizzjoni mill-Wasteserve

Kull student se jipparteċipa f’xi wieħed/jew aktar minn dawn il-programmi.

Programm għall-iskejjel speċjali

Il-Programm ta’ Skolasajf ser jiġi offrut ukoll f’dawn l-Iskejjel Speċjali.

Hellen Keller - Qrendi

San Miguel - St. Andrews

Guardian Angel - Ħamrun

Dun Manwel Attard - Wardija

Profs Guze Aquilina Special Unit - Ta’ Sannat

Fieramaratona

Kif isir kull sena Skolasajf tagħlaq bil-“Fieramaratona” li ser issir bejn l-Erbgħa 5 ta’ Settembru u l-Ħadd 9 ta’ Settembru 2007, fil-Liceo tal-Bniet Maria Regina l-Blata l-Bajda. L-għanijiet ewlenin ta’ din il-fiera huma li:

Tiġbor flimkien eżempji tax-xogħol tat-tfal f’wirja Nazzjonali

Tagħti opportunita’ lill-iskejjel li juru attivitajiet kulturali (eżempju mima, drama, sport u kant)

Klabbsajf

L-għan ta’ dan il-programm hu li jilħaq lil dawk it-tfal li matul is-sena skolastika 2006/2007 kienu jirċievu għajnuna kumplimentari.

Community Chest Fund

Bħalma sar matul dawn l-aħħar snin, matul il-programm ta’ Skolasajf ser jinġabru flus fuq bażi volontarja b’risq il-Community Chest Fund. Għal dan l-iskop it-tfal ser jiġu mħeġġa li jkunu ta’ servizz billi jtellgħu Talent Shows fiċ-Ċentri rispettivi tagħhom.

Sponsors

Din is-sena wkoll Skolasajf qed issib għajnuna siewja minn PAOLO BONNICI LTD (Rappreżentanti tal-Weetabix f’Malta.) Qed joffru l-għajnuna tagħhom permezz ta’:

  • Healthy Breakfast f’kull Ċentru

  • Xiri ta’ apparat sportiv

  • Xiri ta’ materjal edukattiv

  • HSBC qed joffri kotba, CD’s u materjal edukattiv ieħor biex jintużaw fil-Programm Klabbsajf.

  • NECC – Sponsorjaw il –Brochures, brieret u T –Shirts, Trophies u midalji

DOI – 09.08.2007

Welcome to Kaizenlog.com If you're new here, you may want to subscribe to my RSS feed , Twitter You can contact us by using the contact form or submitting a comment. You can also share this post with your friends by clicking on the 'ShareThis' button above. Thanks for visiting!



Print This Post Print This Post





  • Related Posts



  • Leave a Reply