IT-TNEJN: 9 TA’ LULJU 2007
NO. 1042
L-importanza tar-Responsabbilta’ Soċjali fost in-negozji
Qegħdin niċċelebraw it-13-il jum internazzjonali tal-koperattiva. Illum qegħdin nagħmlu ‘festa’ flimkien ma’ miljuni ta’ persuni oħra li huma midħla tal-moviment tal-koperattivi. Il-moviment Malti m’huwiex waħdu f’din l-esperjenza, iżda huwa parti minn moviment globali.” Is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo, kien qiegħed jitkellem waqt konferenza organizzata mill-assoċjazzjoni Apex fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali tal-Koperattivi. Preżenti wkoll għal din il-konferenza kien hemm il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi, l-Onor. Louis Galea, l-ogħla rappreżentanti tal-Bord tal-Koperattivi, il-Fond Ċentrali u l-Apex, is-Sur Gerard Leseul mill-bank Franċis Credit Mutuel, kif ukoll rappreżentanti minn bosta koperattivi.
Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo kompla jgħid li “illum rappreżentanti minn madwar id-dinja qegħdin jiddiskutu l-importanza u l-ħtieġa tal-valuri u prinċipji koperattivi għar-responsabbilta’ soċjali.” Dan kien, fil-fatt it-titlu tal-konferenza, u l-għan ewlieni tal-konferenza kien tiġi ċċelebrata l-kontribuzzjoni li l-membri tal-koperattivi taw u għadhom jagħtu lis-soċjeta’ bħala ċittadini responsabbli fi ħdan soċjetajiet koperattivi madwar id-dinja.
Ir-Responsabbilta’ Soċjali ta’ Korporazzjoni (magħrufa bħala CSR – Corporate Social Responsibility), tanalizza kif negozju jista’ jtejjeb is-soċjeta’ permezz ta’ aġir responsabbli, trasparenza, involviment ta’ l-istakeholders kollha, innovazzjoni u tmexxija tajba. Sa mit-twaqqif tagħhom, il-koperattivi għarfu li l-azzjonijiet tagħhom jolqtu firxa kbira ta’ nies u l-Moviment Koperattivi kien il-pijunier fl-iżvilupp u t-tħaddim tas-CSR. Valuri speċifiċi tal-koperattivi jinkludu l-fakulta’ li kull wieħed jipprovdi għalih innifsu responsabbilta’ personali, demokrazija, ugwaljanza, drittijiet indaqs u solidarjeta’.
L-Onor. Edwin Vassallo qal li l-Gvern qiegħed isaħħaħ il-ħidma tiegħu fis-suġġett ta’ responsabbilta’ soċjali. Fil-fatt, fil-ġimgħat li ġejjin ser jiġi ppubblikat dokument għan-negozji dwar kodiċi ta’ etika u CSR. Ser isir ukoll dibattitu fil-Parlament dwar il-ħtieġa li uffiċjali pubbliċi jingħataw linji gwida dwar l-etika, speċjalment f’dawk li huma servizz, accountability u effiċjenza. “Din il-laqgħa tagħna llum hija l-bidu ta’ dibattitu hekk fil-miftuħ dwar il-ħtieġa li kull min qiegħed fin-negozju jagħraf id-dmir tar-responsabbilta li għandek lejn il-kommunita’, it-tisħieħ tal-ġid komuni, il-ħarsien ta’ l-ambjent, u d-drittijiet tal-bniedem u tal-ħaddiem.
“Qegħdin nitkellmu fuq it-tisħieġ tal-prinċipju ta’ solidarjeta’, jiġifieri tal-valur li jien jimpurtani mill-persuni l-oħra. Nista’ ngħid, il-valur tal-koperazzjoni. Din hija waħda mill-akbar rivoluzzjonijiet, jew evoluzzjoni li rridu narawha mhux daqstant bħala bidla iżda bħala tiġdid, għaliex il-bidu ta’ dan kollu diġa’ qiegħed fl-esperjenza tal-koperattivi.
“Ir-responsabbilta’ soċjali għandha twassalna li naraw li ngħaddu Moviment Koperattiv Malti b’saħħtu u mġedded lil ta’ warajna. Irridu nġeddu r-responsabbilta’ li kellhom missirijietna. Huwa d-dmir tagħna li ż-żgħażagħ tagħna nuruhom li l-koperattivi huma mudell modern ta’ kif isir in-negozju.
-
Għandna koperattivi li jridu jiġġeddu għax huma koperattivi ta’ fuq il-karta.
-
Għandna koperattivi lil għandhom problemi finanzjarji u li għandhom bżonn l-għajnuna tagħna.
-
Għandna koperattivi li qed jaħsbu jekk għandhomx jibqgħu koperattivi u rridu nagħmlulhom kuraġġ.
-
Għandna koperattivi fejn il-membri tagħhom kibru fl-eta’ u rridu niffaċilitaw t-tranżizzjoni minn ġenerazzjoni għal oħra.
-
Għandna koperattivi li qegħdin jagħmlu suċċess għalhiex qegħdin jinnegozjaw f’suq protett u rridu ngħinuhom jirbħu fil-kompetizzjoni.
“Bħalissa qegħdin inħarsu lejn il-liġi u naraw x’nistgħu ntejjbu. Dak li ser intejjbu mhux maħsub li jirrikonoxxi numru ta’ koperattivi u jiskoraġġixxi koperattivi oħra. Bil-kuntranju, rridu nkomplu ntejjbu biex ikollna aktar koperattivi ta’ suċċess. Tibżgħux tiftħu lill-Moviment Koperattivi għal ideat ġodda. Irridu l-kuraġġ tat-tiġdid. Il-kopmetizzjoni fil-kummerċ t’għada ser tkun aktar qalila minn tal-lum. Ejjew inżommu f’moħħna li l-akbar responsabbilta’ soċjali kollettiva lejn is-soċjeta’ tagħna hija li jkollna l-kuraġġ u l-ħila nifhmu u nfehmu li dak li kien tajjeb illum irid isir itjeb għada.”
Waqt il-konferenza saret diskussjoni bejn dawk kollha preżenti, li taw l-opinjoni u s-suġġerimenti tagħhom.
Fit-tmiem tal-konferenza, l-Onor. Vassallo temm billi qal li “wara l-konferenza tal-lum, kif ukoll wara l-konferenza li saret numru ta’ ġimgħat ilu li fiha saret SWOT analysis tas-sitwazzjoni tal-koperattivi, hemm bżonn li nsaqsu lilna nfusna ‘x’inhuma dawk il-valuri li rridu naħdmu fuqhom?’. Jekk ma nagħmlux din l-analiżi aħna, ser jagħmluha n-negozji. Analiżi bħal din toħloq vantaġġ kompettitiv ma’ min qiegħed jaħdem. Din it-tip ta’ analiżi diġa qegħda ssir, iżda hemm bżonn li nibdew nippakkeġjaw in-negozji tagħna aħjar. Dak li nieħdu ‘for granted’ hemm bżonn li nagħtuh aktar importanza.”
DOI – 09.07.2007
1
Welcome to Kaizenlog.com If you're new here, you may want to subscribe to my RSS feed , Twitter You can contact us by using the contact form or submitting a comment. You can also share this post with your friends by clicking on the 'ShareThis' button above. Thanks for visiting!
Print This Post









Entries (RSS)