Welcome to Kaizenlog.com If you're new here, you may want to subscribe to my RSS feed , Twitter You can contact us by using the contact form or submitting a comment. Thanks for visiting!
NO. 0671
Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali jagħmel numru ta’ żjarat relatati ma’ l-innovazzjoni u l-ekonomija tal-għerf
Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali tal-Parlament Malti għadu kemm temm l-ewwel serje ta’ żjarat tiegħu barra l-Parlament.
Iż-żjarat fil-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija (MCAST), fl-ST Microelectronics u fil-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST) huma parti ntegrali mid-diskussjoni dwar l-ekonomija tal-gћerf, ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni u kellha l-iskop ewlieni li jsiru skambju ta’ ideat dwar is-suġġett.
Id-delegazzjoni żaret l-MCAST fejn ġiet imdawwra mal-faċilitaijiet li joffri dan il-Kulleġġ. Il-Kumitat kellu l-opportunita` li jara b’għajnejħ kif dan il-Kulleġġ qed jindirizza l-ekonomija moderna. Fl-istess ħin il-Kulleġġ qed iħarreġ studenti sabiex jaqdi l-bżonnijiet ta’ l-industrija u l-ekonomija lokali.
Wara, id-delegazzjoni żaret l-ST Microelectronics, fejn iltaqgħet ma’ uħud mid-diretturi u ġie diskuss il-ħtieġa ta’ investiment kontinwu mill-industrija u l-bżonn ta’ taħriġ għall-impjegati u flessibilita` li tassigura kompetittivita` fis-suq globali.
Fl-aħħar id-delegazzjoni tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali kellu diskussjonijiet ma’ uffiċjali għolja fil-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija. Mid-diskussjoni ħareġ il-ħtieġa tal-kreattivita` u l-innovazzjoni u l-bżonn ta’ aktar promozzjoni tax-xjenza ma’ l-istudenti u l-pubbliku inġenerali.
Ftit tal-ġranet ilu l-Kumitat temm żjara fil-Finlandja, li saret bil-kollaborazzjoni tal-MCST. Fil-laqgħa ta’ llum ma’ l-uffiċjali tal-MCST, id-delegazzjoni tat rendikont tal-laqgħat li saru fil-Finlandja u esplorat il-possibilita` ta’ aktar kollaborazzjoni dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni bejn l-MCST u l-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali.
Id-delegazzjoni tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali kienet immexxija miċ-Chairman tal-Kumitat, l-Onor. Clyde Puli MP u komposta mill-Onor. Karl Chircop MP u l-Onor. Frederick Azzopardi MP.
DOI – 08.05.2007
Popularity: 2% [?]
Listen to this podcast
Print This Post









Entries (RSS)