PRESS RELEASES
Wednesday 21st March, 2007
PR 0396 Diskussa s-simplifikazzjoni tal-Politika Komuni Agrikola ta’ l-Unjoni Ewropea waqt laqgha tal-Kunsill tal-Ministri tal-Biedja fi Brussel
PR 0397 Dematerjalizzazzjoni tal-Bills tat-Tezor
PR 0397eng Dematerialisation of Treasury Bills
PR 0398 Performance Audit: reviewing VAT liability: VAT investigations and credit control exercises
PR 0398eng Performance Audit: reviewing VAT liability: VAT investigations and credit control exercises
PR 0399 Minister Michael Frendo presents prizes to winners of Commonwealth Day 2007 Children’s Competition
PR 0400 Launch of new services for young people: Integrated Approach to Young People at Risk
PR 0401 Lejn titjib fil-kwalita’ tax-xandir pubbliku (+ pr 0401a.doc)
PR 0402 Jum Nazzjonali taz-Zghazagh: Iz-Zghazagh Ewropej jiccelebraw il-50 Anniversarju mit-Twaqqif ta’ l-UE
PR 0403 Il-Koperattivi bhala metodu iehor ta’ kif isir in-Negozju
PR 0404 Malta’s Foreign Minister Michael Frendo key speaker in Rome Treaty 50th Anniversary Forum at the Campidoglio
PR 0405 Id-disa’ Sinfonija ta’ Beethoven ghac-celebrazzjonijiet tal-50 anniversarju mit-Trattat ta’ Ruma
PR 0406 High Commissioner of Malta’s Speech at City of London Rotary Club
PR 0407 Proposti ta’ l-Oppozizzjoni ‘nofs lehja’ dwar l-ambjent Storiku
L-ERBGĦA: 21 TA’ MARZU 2007
Nru. 0396
DiskussA s-simplifikazzjoni tal-Politika Komuni Agrikola ta’ l-Unjoni Ewropea waqt laqgĦa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Biedja fi Brussel
Waqt il-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri Ewropej ta’ l-Agrikultura u s-Sajd, Dr Francis Agius, is-Segretarju Parlamentari responsabbli għall-Biedja u s-Sajd, irrikonoxxa x-xogħol siewi li qed tagħmel il-Kummissjoni Ewropea biex jiġu ssimplifikati l-proċessi u r-regolamenti tal-Politika Agrikola Komuni, fl-aħjar interess tas-setturi ikkonċernati.
Dr Agius saħaq li dan huwa proċess utli ħafna, speċjalment fil-każ ta’ pajjiżi żgħar bħal Malta, fejn il-piż ta’ l-amministrazzjoni ta’ dawn il-proċessi u regolamenti jinħass ferm iktar meta tqabblu ma’ dak ta’ pajjiżi ikbar.
Dr Agius qal li Malta taqbel li l-Organizzazzjoni tas-Suq Komuni (Common Market Organisation) tal-Frott u l-Ħxejjex, u ta’ l-Inbid għandhom ukoll jiġu integrati f’organizzazzjoni waħda, ma’ l-elementi l-oħra li diġa’ hemm qbil dwarhom. Iżda, dan għandu jsir biss wara li jiġu konklużi r-riformi kurrenti li għadhom qed jiġu nnegozjati f’dawn is-setturi.
Għaldaqstant, Dr Agius sostna li t-triq li qed tirrakkomanda l-Kummissjoni, jiġifieri li din l-integrazzjoni jsir f’żewġ stadji, hija l-aħjar għazla. Dan peress li jistgħu jiġu amalgamati immedjatament dawk l-elementi ta’ dawn is-swieq li m’humiex ser jintlaqtu mir-riformi li għaddejjin, waqt li l-integrazzjoni totali tagħhom għandha ssir wara li jiġu konklużi r-riformi relattivi, kif spjegat iktar qabel.
Fi tmiem din il-laqgħa tal-Ministri, il-Presidenza Ġermaniza aċċettat din id-direzzjoni peress li kienet il-pożizzjoni tal-maġġoranza ta’ l-Istati Membri.
DOI – 21.03.2007
NO. 0397
DEMATERJALIZZAZZJONI TAL-BILLS TAT-TEŻOR
L-Accountant General iħabbar li kif indikat fl-Avviż numru 250 ippublikat fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ nhar it-Tlieta, 20 ta’ Marzu 2007, id-data ta’ dematerjalizzazzjoni tal-Bills tat-Teżor ser tkun nhar it-Tnejn, 2 t’April 2007. Minn din id-data, il-Bills tat-Teżor ikunu listed fuq il-Borża ta’ Malta.
B’riżultat ta’ dan u kif diġa’ mħabbar fl-Avviż Legali numru 58 (Direttiva dwar id-depożitarju elettroniku għall-Bills tat-Teżor 2007) ippublikat fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ nhar il-Ġimgħa 16 ta’ Marzu 2007, il-Bills tat-Teżor eżistenti ma jibqgħux ikunu negozjabbli ġurnata ta’ negozju qabel id-data ta’ dematerjalizzazzjoni, jiġifieri l-Ġimgħa, 30 ta’ Marzu 2007. Mid-data tad-dematerjalizzazzjoni ’l quddiem, dawk il-Bills biss li jkunu reġistrati mal-Borża ikunu eliġibbli li jiġu negozjati fis-suq sekondarju. Għaldaqstant, dawk l-investituri eżistenti li għandhom fil-pussess tagħhom ċertifikati ta’ Bills tat-Teżor għandhom jirritornawhom lid-Dipartiment tat-Teżor sa nhar il-Ħamis, 29 ta’ Marzu 2007 sabiex dawn ikunu jistgħu jiġu reġistrati fid-depożitarju elettroniku tal-Borża ta’ Malta.
Għal dan il-għan id-Dipartiment tat-Teżor ser jibda jirċievi dawn ic-ċertifikati bejn it-Tnejn, 26 ta’ Marzu 2007 u l-Ħamis, 29 ta’ Marzu 2007 bejn it-8.00 u nofsinhar. L-investituri jingħataw riċevuta bħala evidenza tat-titolu tal-investiment sakemm jiġi maħruġ Avviż ta’ Reġistrazzjoni tal-Bill tat-Teżor mill-Borża ta’ Malta. F’każ li investitur ikun irid jinnegozja l-Bill tat-Teżor tiegħu (jew parti minnu) f’dan il-perjodu transitorju, għandu minnufih jikkuntattja uffiċjal tad-Dipartiment tat-Teżor fuq in-numri tat-telefon 25967139 jew 25967141 sabiex jingħata aktar tagħrif.
DOI – 21.03.2007
NO. 0397
DEMATERIALISATION OF TREASURY BILLS
The Accountant General wishes to notify Treasury Bill holders that as indicated in the Government Notice No. 250 published in the Government Gazette on Tuesday, 20th March 2007, the dematerialisation date for Treasury Bills will be Monday, 2nd April 2007. On this date, the Treasury Bill instrument will be officially listed on the Malta Stock Exchange.
As a result of such listing, and as already announced by virtue of Legal Notice 58 (Directive on the Electronic Central Depository for Treasury Bills 2007), published in the Government Gazette of Friday, 16th March 2007, all outstanding Treasury Bill certificates will cease to be negotiable in the secondary market one business day prior to dematerialisation date (that is Friday, 30th March 2007).
As from the dematerialisation date, only Treasury Bills that are in electronic book entry form (that is, that are duly registered in the Central Securities Depository of the Malta Stock Exchange) will be eligible for trading in the secondary market. Accordingly, all holders of Treasury Bill certificates are kindly requested to surrender such certificates to the Treasury Department by not later than Thursday, 29th March 2007 in order for their holdings to be duly recorded in the Central Securities Depository.
In this regard, the Treasury Department shall be receiving Treasury Bill certificates between Monday 26th March 2007 and Thursday, 29th March 2007 between 8.00am and noon. All Treasury Bill holders will be given a receipt in lieu of the certificate and such receipt will serve as evidence of title to the relative Treasury Bill until such time that a Registration Advice is issued by the Malta Stock Exchange. In the event that an investor would wish to sell part or whole of his/her holding of Treasury Bills during this transitionary period, he/she is kindly asked to contact the Treasury Department on telephone numbers 25967139 or 25967141 for further information.
DOI – 21.03.2007
NO. 0398
Performance Audit: Reviewing VAT Liability: VAT Investigations and Credit Control Exercises
L-Awditur Ġenerali rrapporta li kien hemm żieda fid-dħul fit-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) wara xogħol ta’ investigazzjonijiet u Credit Control Exercises li jsiru mid-Dipartiment. Madankollu teżisti l-opportunita’ biex jissaħħu proċessi marbuta ma’ dawn il-verifiki. Dan ix-xogħol isir biex jassigura li d-denunzji tat-taxxa, kemm jekk jinvolvu taxxa dovuta jew kreditu ta’ taxxa, ikunu korretti.
Id-Dipartiment jinvestiga u jagħmel il-verifika ta’ denunzji ta’ dawk il-persuni li hu mifhum li l-aktar mistennija jonqsu milli jħallsu t-taxxa. Dan ir-riskju jiġi kkalkulat b’sistema kompjuterizzata fuq bażi ta’ kriterji stabbiliti. Id-Dipartiment iżda m’għandux ir-riżorsi speċjalizzati biex ikompli jiżviluppa xjentifikament dawn il-kriterji, kif ukoll il-weightings u l-parameters tagħhom. In-nuqqas ta’ riżorsi speċjalizzati jtellef ukoll lid-Dipartiment milli jistudja xejriet ekonomiċi li jistgħu jħallu impatt fuq id-dikjarazzjonijiet tal-VAT.
Persuni reġistrati jistgħu wkoll jiġu magħżula għall-investigazzjoni jew għall-credit control exercises mill-maniġment tad-Dipartiment. F’dan il-każ l-għażla tkun ibbażata fuq it-tagħrif u l-esperjenzi ta’ matul iż-żmien mid-Dipartiment. Gwidi f’dan ir-rigward għandhom jiġu msaħħa biex jintlaħaq bilanċ aħjar bejn ir-riżorsi li għandu d-Dipartiment ma kemm hija stmata t-taxxa addizzjonali li tkun trid tinġabar wara x-xogħol tal-verifika.
Għandhom jibqgħu jsiru sforzi biex ma’ l-esperjenza ta’ l-impjegati jiżdiedu nies professjonali. Id-Dipartiment għandu wkoll jibqa’ jsostni l-programm ta’ taħriġ għall-impjegati. Dawn il-passi jgħinu biex isaħħu x-xogħol ta’ verifika billi jiġu adottati proċessi u metodi skond normi ta’ verifika rikonoxxuti.
Id-Dipartiment saħaq illi l-proċess tal-verifika jista’ jkun dgħajjef minħabba n-nuqqas ta’ kooperazjoni minn persuni reġistrati li jkunu taħt investigazzjoni. Hemm individwi li ma jgħaddux id-dokumenti mitluba lid-Dipartiment ħlief waqt is-smigħ fil-bord ta’ l-appelli. F’dan ir-rigward, id-Dipartiment ser jagħmel rakkomandazzjonijiet għal tibdiliet fil-liġi tat-taxxa fuq il-valur miżjud.
L-isforzi ta’ dan l-aħħar li għamel id-Dipartiment biex itejjeb ix-xogħol tal-verifika ta’ denunzji żgur li anke fi żmien qasir għandhom jagħtu riżultati aħjar. Ma’ dawn l-isforzi, madanakollu, jeħtieġ li jkun hemm titjib fil-metodi wżati mid-Dipartiment meta dan janalizza r-riskji marbuta ma’ persuni li l-aktar mistennija jonqsu milli jiddikjaraw u jħallsu t-taxxa dovuta.
DOI – 21.03.2007
NO. 0398
Performance Audit: Reviewing VAT Liability: VAT Investigations and Credit Control Exercises
The Auditor General reported that notwithstanding the improvements in the VAT revenue yields through its audit work, the opportunity exists for the Department to further improve its effectiveness regarding VAT investigations and Credit Control Exercises. When targeting taxpayers for an investigation, the Department attempts to identify taxpayers who pose a risk to VAT revenue. Through Credit Control Exercises, the Department aims to validate VAT credit claims by taxpayers prior to making any refund.
The targeting of taxpayers for VAT investigations and Credit Control Exercises through the Department’s computerised systems did not achieve the desired results as the Department did not have the resources to scientifically develop and monitor its risk assessment of taxpayers. There were no ongoing scientific studies that monitor the effectiveness of the risk analysis criteria, their relevant parameters and weightings, as well as economic trends which impinge on the VAT process.
The Department’s Management has to constantly apply its value judgement in the process of targeting potential defaulters to an investigation or a credit control exercise. However, policies in this regard need to be more focused to include proven methods of case selection that take into consideration the Department’s resources and the estimated level of revenue at risk.
Efforts to complement the in-house experience by employing professionally qualified personnel and further hands on training need to be sustained. This would provide the department with the opportunity to be more methodical by applying recognised auditing standards. In turn, this would ensure that the Department is in a better position to deal with VAT defaulters.
The Department maintains that its position when conducting investigations, Credit Control Exercises, and in the Board of Appeals is jeopardised because taxpayers are not always willing to offer their full co-operation from the outset – generally by submitting the requested documentation only during the setting of the Board. In order to deter the non-submission of documentation, the Department is working on legislative amendments to the VAT Act.
Recent efforts by the Department to improve its practices relating to the targeting of potential defaulters and its audit work should, even in the short term, improve results regarding the outcomes of investigations and credit control audits. These efforts, however, need to be complemented with the fine-tuning of the Department’s methods of analysing taxpayers’ risk to VAT revenue.
DOI – 21.03.2007
NO. 0399
Minister Michael Frendo presents prizes to winners of Commonwealth Day 2007 children’s competition
For the fourth year in succession, the Ministry of Foreign Affairs, together with the Ministry of Education, Youth and Employment and the British and Australian High Commissions, have organised an essay competition amongst secondary school students to commemorate Commonwealth Day.
When distributing prizes to the winning students, Foreign Affairs Minister Michael Frendo said that the Commonwealth family is a vast diversity of cultures, communities, economies, beliefs and societies, made up of 53 nations hosting almost one third of the world’s population – 1.8 billion people.
Commonwealth citizens are scattered around the world. There are African, Asian, Caribbean, European and Pacific Commonwealth countries and yet notwithstanding this rich diversity of race, colour, creed, culture and ethnicity, the Commonwealth does have shared values and a common vision of making the world we live in a better place. It is therefore most opportune that this year’s theme for Commonwealth Day 2007 is Respecting Differences – Promoting Understanding.
The World we are living in today prompts us more than ever to build bridges between peoples in order to explore ways and means to promote mutual understanding and respect among all faiths and communities. Marginalisation, exclusion and differences in cultural practices, traditions and political beliefs may contribute to increased tensions in and between nations. It is therefore of the utmost importance that a combined effort between nations, individuals and civil society be made to secure peace and stability in regions and countries. Our failure to secure peace and stability will lead to the aggravation of poverty amongst the peoples of the world.
Michael Frendo stressed that Increased poverty can lead to a multitude of negative consequences such as terrorism, disease, resentment and the displacement of people. Let me highlight some negative aspects of poverty – one in five of the people on our planet live in abject poverty, and two in five are not too far behind – about 80% of that “one to five”, almost 800 million people, live in Commonwealth countries. Nearly a billion people entered the 21st century unable to read a book or sign their names.
Putting our focus on how poverty is affecting children around the world, the picture is even more dismal. Nearly 134 million children between the ages of 7 and 18 have never been to school; 6 million children under the age of five die every year as a result of hunger whilst approximately 246 million children go to work instead of school.
Fortunately we do not have this situation in Malta. However this should not hold us from making our contribution to improve the quality of life in Commonwealth countries in particular by giving a better life to the children. We are giving our contribution through the Malta/Commonwealth Third Country Programme. Six training programmes are held annually in a variety of subjects such as Finance and Banking in Small States, Freeport Operations, Coastal Dynamics, Insurance and I.T. and Diplomacy. We are also working hard to implement projects within the Commonwealth Connects Programme. This Programme offers a network of services, a centre of expertise and resources for finding solutions to bridge the digital divide within the Commonwealth.
Referring to the competition, Minister Frendo said that students were asked to submit their contribution on the subject “How does the Commonwealth promote intercultural dialogue and understanding”. The response from students was most encouraging. In fact 47 contributions in the forms of postcards, posters and pamphlets were submitted.
The Minister felt sure that the students who have participated in this years’ competition are now more aware how important it is to respect one another and to try to understand others who may have different beliefs, traditions or values.
He expressed his thanks to all the students and their teachers for taking a keen interest to participate in this year’s competition. Without their combined effort this event would not have been such a success.
He also thanked the British and Australian High Commissions whose continued support has regenerated the commemoration of Commonwealth Day in Malta and the Minister of Education, Youth and Employment Dr. Louis Galea, and his staff who have assisted immensely in the coordination and organisation of the actual competition.
In this year’s competition, students Leanne Camilleri, Jessica Mula and Carstell Galea were awarded a Certificate of Merit. Elaine Camilleri was classified as the Third runner up, followed by Antonia Bonello as Second runner up while the overall winner was Yanuschka Vassallo.
The prizes to these students were distributed by the Charge d’Affairs at the Australian High Commission, the Acting British High Commissioner, Jannet Hancock and Minister Frendo.
DOI – 21.03.2007
No. 0400
LAUNCH OF NEW SERVICES FOR YOUNG PEOPLE: INTEGRATED APPROACH TO YOUNG PEOPLE AT RISK
More young people at risk will be reached through new projects and improved current services being offered by the Foundation for Social Welfare Services within the Ministry for the Family and Social Solidarity.
The initiative was launched today by the Hon. Dolores Cristina, Minister for the Family and Social Solidarity, and sees the involvement of Agenzija Seqda and Agenzija Appogg, both within the Foundation, who are currently collaborating in joint projects aimed at young people at risk. This integrated service aims to reach a wider audience of young people in need of social support and will adopt a holistic approach through a multi-disciplinary strategy involving various professionals from different services within both Agencies together in collaboration with external entities such as the Department of Education, ETC, the Probation Services, and other voluntary organizations.
Minister Cristina made reference to the forward steps that Government has taken towards ensuring an always improving protection of our youth. “Today’s initiative is a perfect example of how a holistic approach can lead to great results for the ultimate benefit of service users. Providing troubled young people with an integrated service ensures a better welfare service and achieves more positive outcomes. Agenzija Sedqa and Agenzija Appogg fall within the same Foundation but their operational goals are distinct. Today’s launch shows the interconnectedness between these two entities and the way that new structures and systems can be created for the benefit of the most vulnerable in our society,” Minister Cristina stated. She also referred to the launch of the campaign aimed at informing the public about the new legislation which will regulate the consumption of alcohol by minors under the age of 16. “Government is fully aware of the fact that young persons in Malta and Gozo are abusing of alcohol in a way which has posed a new challenge for those having to deal with it,” she explained. “This is why we have passed a new law which makes it illegal for minors under the age of 16 to buy, drink or have in their possession alcohol as well as making it illegal for someone to serve, sell or give them alcohol. To this aim an inter-ministerial permanent focus group was set up, including representatives of Agenzija Sedqa, and next week we will be beginning the campaign this Group has worked upon to educate the general public about this new legislation.” Minister Cristina concluded, “this is another example of this Government’s commitment towards supporting all members of society, especially its most vulnerable amongst whom we count our youths.”
Mr. Joe Gerada, Chief Executive Officer of the Foundation for Social Welfare Services emphasised on how APPOGG and Sedqa have a long tradition in supporting young people and over time developed a number of services addressing one aspect or another. Now both agencies are integrating all initiatives in order to strengthen the quality of the service, make it more comprehensive and increase resources to cover a wider spectrum of young people at risk.
Appogg currently delivers a Youth Outreach Programme that offers intensive social work intervention to young people with very challenging behaviour and multiple problems aged between 13 and 18 years. A more holistic approach will be adopted now that the service will also include the services of a youth worker and a psychologist.
The Sedqa Teen Support Service offers intervention services to adolescents who are either self-referred or referred by their school to this service because of substance abuse-related difficulties. Specialized personnel will now be able to identify and engage young people at risk in small group sessions carried out in schools, thus building a trusting rapport with them with the aim of reaching out to them before they even engage in substance abuse.
Both services will be reaching more young people through improvements in the service and an increase in resources. This pooling of resources, together with collaboration with external services, will also result in 2 new initiatives both aimed at a particular sub-section of youth at risk: budZ (for those mostly at risk or already engaged in criminal activity and/or delinquent behaviour), and Young Adolescent Programme (for those aged between 11 and 13 years who are identified as presenting a very high social risk, but due to their young age, are not eligible under the existing Appogg Youth Service Outreach).
For more information about Sedqa and Appogg services, one can log on to www.sedqa.gov.mt and www.appogg.gov.mt respectively or www.mfss.gov.mt One may also call on Helpline 151 and Supportline 179.
DOI 21.03.2007
NO. 0401
Lejn titjib fil-kwalità tax-xandir pubbliku
Il-Ministeru għat-Turiżmu u l-Kultura għadu kif ta Direttivi lill-PBS dwar kif il-kontribuzzjoni ta’ Lm500,000 (€1,164,686.) għall-programmi ta’ xandir pubbliku (Extended Public Service Obligation) tintefaq mill-PBS. L-għan tad-Direttivi li saru wara konsultazzjoni estensiva huwa li togħla l-kwalità tax-xandir pubbliku. Dawn id-direttivi min-naħa ta’ l-Ministeru huma intenzjonati li jgħinu lill-PBS jesegwixxi bl-aħjar mod possibbli l-missjoni tiegħu ta’ xandar pubbliku, għax huwa b’hekk biss li l-pubbliku tagħna jieħu l-aħjar valur għall-kontribuzzjoni EPSO.
Fost il-miżuri li qed jitlob il-Gvern insibu li:
1. Nofs is-somma li jagħti l-Gvern għandha tmur għall-programmi EPSO fl-ewwel (prima) u fit-tieni (seconda) serata.
2. Biex jitħares l-ilsien nazzjonali tagħna l-proposti għal programmi li huwa mistenni li jkollhom skript, għandhom jinkludu l-isem tal-konsulent tal-Malti tagħhom jekk ikunu jridu jikkwalifikaw għall-fondi EPSO. Barra minn hekk huwa mistenni li l-iskripts u l-Malti użat għandu jimxi fuq il-Linji Gwida li ħarġet il-Kummissjoni Lingwa ta’ l-Akkademja tal-Malti (2002).
3. Kull proposta mressqa trid tkun akkumpanjata mill-ismijiet ta’ persuni kwalifikati fis-suġġett. Per eżempju jekk il-proposta tkun għal programm dwar l-istorja tkun akkumpanjata minn persuna kwalifikata fl-istorja.
4. Għal darb’oħra l-Ministeru irid jinkoraġġixxi li fl-iskeda jkun hemm programmi barranin maqlubin għall-Malti. Il-faxxa tal-programmi għat-tfal, kif ukoll programmi edukattivi u dokumentarji, huma fost il-ġeneri li partikolarment jistgħu jiggwadanjaw minn policy li tinkoraġġixxi l-iddabbjar tal-programmi għall-Malti.
5. Il-Ministeru anke din is-sena jrid li jiskoraġġixxi li programmi jkunu ripetuti. Għalhekk il-Ministeru mhux se jħalli li flus mill-kontribuzzjoni EPSO jingħataw għal repeats fuq TVM.
Id-Direttivi mbagħad jidħlu fid-dettal ġeneru b’ġeneru, u jgħidu xi jrid il-Gvern li jsir bil-kontribuzzjoni EPSO f’kull ġeneru. Fost affarijiet oħra l-Ministeru qed jitlob li jkun hemm żewġ serati ta’ drama, programm dwar l-istorja ta’ pajjiżna u li ma jkunx hemm tnaqqis fil-programmi tat-tfal. Qed jintalab ukoll li programmi ta’ karattru nazzjonali jixxandru wkoll fuq Radju Malta.
Il-Gvern ta direttivi speċifiċi lill-PBS dwar kemm mill-flus tal-kontribuzzjoni EPSO għandhom jintefqu fuq kull ġeneru. L-ammonti jirriflettu dak li l-esperjenza uriet għandhom jintefqu fuq dawn il-programmi. Biex il-PBS ma tkunx żvantaġġjata kummerċjalment il-Gvern iddeċieda li ma jippubblikax dawn iċ-ċifri qabel ma jkunu konklużi l-kuntratti tal-PBS mal-produtturi indipendenti.
(Kopja tad-direttivi annessa)
DOI – 21.03.2007
Lejn titjib fil-kwalità tax-xandir pubbliku
Kif għandha tintuża
l-kontribuzzjoni
tal-Gvern
għall-programmi EPSO
skeda Ottubru 2007
sa Ġunju 2008.
Direttivi ta’ l-MTAC lill-PBS Ltd
21 ta’ Marzu 2007
1. Introduzzjoni
1.1 Għaliex dawn id-Direttivi
Mejju ta’ din is-sena taħbat it-tielet sena mill-pubblikazzjoni tal-Politika Nazzjonali dwar ix-Xandir. Hija wkoll it-tielet darba li l-Ministeru għat-Turiżmu u l-Kultura, skond kif titlob il-Politika Nazzjonali dwar ix-Xandir (PNX), qed jagħti Direttivi lill-PBS Ltd dwar kif għandha tintefaq il-kontribuzzjoni tal-Gvern għall-programmi EPSO (Extended Public Service Obligation)1.
Qed insemmu l-fatt li din hija t-tielet sena tas-sistema l-ġdida għax jidhrilna li tliet snin huwa żmien twil biżżejjed biex kulħadd ikun adatta ruhu għal dak li titlob il-PNX. F’dawn it-tliet snin il-Ministeru u l-PBS għamlu l-isforzi tagħhom biex jagħrfu kif jitqiegħdu fil-prattika l-provvedimenti tal-PNX. Il-Ministeru jagħraf wkoll l-isforzi fil-PBS biex ix-xandir pubbliku barra li jkun finanzjarament sostenibbli fil-parametri tad-dħul kummerċjali u l-kontribuzzjoni EPSO ikun wkoll xandir ta’ kwalità dehen ta’ kumpanija ta’ xandir ta’ servizz pubbliku. Il-pajjiż m’għandux bżonn xandir pubbliku li jkun kummerċjalment vijabbli iżda li jitlef l-ethos ta’ xandar pubbliku. Mill-banda l-oħra l-pajjiż ma jaffordjax xandar pubbliku li ma jfittix is-sostenibiltà finanzjarja. Il-bilanċ bejn dawn iż-żewġ fatturi huwa diffiċli aktar u aktar meta biex jaqdi lill-pubbliku x-xandir ta’ servizz pubbliku għandu jaħdem biex ikollu udjenzi sostanzjali jsegwuh. Bil-ħidma għalenija tal-partijiet kollha din il-ħidma diffiċli għandha tirnexxi b’riżultati pożittivi għall-pajjiż, għall-PBS u għall-udjenzi tagħha.
Il-Ministeru huwa responsabbli għall-flus li l-Gvern jagħti lill-PBS. Il-PNX tagħmilha ċara li l-kontribuzzjoni EPSO mhux sussidju li l-kumpanija tista’ tagħmel bih li trid. Il-Gvern jagħti kontribuzzjoni finanzjarja għax huwa meqjus li l-programmi EPSO mhux bilfors li jsibu sostenn finanzjarju mis-suq biex isiru. Il-kontribuzzjoni tal-Gvern qiegħda biex tagħmel tajjeb għal dan in-nuqqas tas-suq.
Il-PNX tgħabbi lill-Ministeru bir-responsabbiltà li jfassal lista dettaljata tal-ħtiġiet tal-Ministeru fil-qasam tal-programmar EPSO. Din il-lista tista’ tinkludi l-ġeneri tal-programmi, l-frekwenza ta’ meta jixxandru u, jekk meħtieg, id-durata tat-trasmissjoni ta’ kull programm li jeħtieg il-Ministeru (paġna 18).
Dawn id-Direttivi huma mfassla fil-parametri mitluba mill-PNX u mill-qafas regolatorju u leġiżlattiv. Ta’ min ifakkar li fuq il-livell ta’ l-Unjoni Ewropea hemm ħidma avvanzata ħafna biex id-direttiva preżenti dwar il-qasam televiżiv tinbidel. Ikun tajjeb jekk il-PBS u l-produtturi indipendenti jiffamiljarizzaw lilhom infushom mat-tibdil li jidher li se jsir u jibdew jadattaw irwieħhom għall-provvedimenti li mistennija jiffurmaw parti mill-Audio Visual Media Services Directive ta’ l-Unjoni Ewropea li eventwalment issir il-liġi ta’ pajjiżna.
Dawn id-direttivi min-naħa ta’ l-MTAC huma intenzjonati li jgħinu lill-PBS jesegwixxi bl-aħjar mod possibbli l-missjoni tiegħu ta’ xandar pubbliku għax huwa b’hekk biss li l-pubbliku tagħna jieħu l-aħjar valur għall-kontribuzzjoni EPSO.
1.2 Konsultazzjoni
Biex iwettaq din ir-responsabbiltà tiegħu, il-Ministeru nieda proċess ta’ konsultazzjoni li nkludiet konsultazzjoni mal-pubbliku in ġenerali u l-produtturi indipendenti. Ixxandru reklami fil-gazzetti u ntbagħtu għexieren ta’ emails lill-persuni interessati. Diversi għamlu sottomissjonijiet bil-kitba.
Il-Ministeru talab wkoll l-ideat ta’ l-Awtorità tax-Xandir dwar is-suġġett; u din għamlet sottomissjonijiet interessanti ħafna.
Il-Ministeru flimkien mal-Management tal-PBS analizza fid-dettal il-mod kif il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Gvern intużat għall-programmi ta’ xandir pubbliku (EPSO) fis-snin li ilha taħdem is-sistema l-ġdida. Analizzajna wkoll kif tħaddmu d-Direttivi li tajna qabel u tgħallimna ħafna min din l-esperjenza.
Fid-dawl ta’ dan kollu l-Ministeru jagħti dawn id-direttivi lill-PBS Ltd biex jirregolaw it-tqassim tal-kontribuzzjoni finanzjarja li l-Gvern jagħti għall-programmi EPSO. Il-Ministeru jirreżisti t-tentazzjoni li meta nitkellmu dwar PBS inkunu qed nifhmu primarjament TVM u saħansitra ġieli jintesew l-istazzjonijieet tar-radju. Biex toħroġ ċara l-importanza li l-Ministeru jagħti lill-istazzjonijiet tar-radju nenfasizzaw li kull ħaġa li hawn f’dawn id-Direttivi li ma tkunx speċifikament marbuta ma’ xi stazzjoni partikolari għandha titqies li tgħodd kemm għar-radju kif wkoll għat-televiżjoni.
2. Linji ġenerali
Il-konsultazzjoni li għadna kif semmejna kif wkoll l-istudju li għamilna ta’ riċerka pubblikata dwar l-udjenzi għenuna nifhmu aħjar dak li kien qed jiġri u biex nadottaw strateġija li tkabbar is-saħħiet tas-sistema u ittaffi d-djufijiet tagħha.
-
-
Programmi ta’ servizz pubbliku fi ‘prima’ u ‘seconda serata’
-
Joħroġ ċar li l-akbar ammont ta’ nies li jsegwu TVM huwa ġeneralment bejn it-8.00 p.m. u l-11.00 p.m. Ma jkunx għaqli li kontribuzzjoni finanzjarja mogħtija għall-programmi CPSO u EPSO tintefaq prinċipalment fuq programmi f’ħinijiet fejn in-nies qajla tara t-TV. Ċerti li l-PBS fil-ħidma sfiqa tagħha biex tassew tkun stazzjon ta’ servizz pubbliku taqbel li għandha tiddedika ammont sostanzjali ta’ ħin għall-programmi CPSO u EPSO f’dawn il-faxex. Biex jgħin lill-PBS tagħmel dan il-Ministeru jrid li mill-anqas 50% tal-kontribuzzjoni EPSO tmur għall-programmi f’dawn iż-żewġ faxex.
Barra minn hekk il-Ministeru mhux se jagħti flus mill-kontribuzzjoni EPSO għall-programmi jew parti minn programmi ta’ din il-kategorija li jixxandru wara l-11.00 p.m. jew qabel is-7.00 a.m.
Il-fatt li prima u seconda serata huma segwiti ħafna mill-pubbliku jagħmilha aktar faċli għall-PBS li tiġbor dħul sostanzjali mir-reklamar. Dan id-dħul kummerċjali flimkien mal-kontribuzzjoni EPSO għandu jkun kbir biżżejjed ħalli l-preżenza ta’ dawn il-progammi f’dawn il-faxex u l-kwalità tagħhom ikunu aħjar mill-ammont u mill-kwalità tal-programmi ta’ natura EPSO imxandra fuq stazzjonijiet li ma jirċevux din l-għajnuna mill-Istat.
Il-Ministeru jagħraf u japprezza l-isforzi tal-PBS biex tiġbor l-ammont ta’ reklamar li huwa ġustament mistenni li jinġabar f’dawn il-faxex u jawgura li l-isforzi tal-PBS f’dan ir-rigward ikollhom suċċess.
-
-
Ħarsien ta’ l-ilsien nazzjonali
-
L-istazzjonijiet tal-PBS għandhom ikunu min ta’ quddiem nett biex iħarsu l-ilsien Malti. L-udjenzi bi dritt jistennew li fuq l-istazzjonijiet tax-xandar pubbliku il-Malti jitħaddem b’sengħa u b’kapaċità mill-parteċipanti kollha u b’mod speċjali mill-preżentaturi.
Il-Programme Statement of Intent ippubblikata mill-PBS fost il-kriterji ta’ evalwazzjoni tqis l-użu tajjeb tal-Malti. Biex dan l-għan jintlaħaq aħjar l-istess Programme Statement of Intent issa għandha tindika żewġ affarijiet:
-
L-iskripts u l-Malti użat għandu jimxi fuq il-Linji Gwida li ħarġet il-Kummissjoni Lingwa ta’ l-Akkademja tal-Malti (2002). (Ara s-sit elettroniku ta’ l-Awtorita tax-Xandir www.ba-malta.org)
-
Il-proposti għal programmi li huwa mistenni li jkollhom skript għandhom jinkludu l-isem tal-konsulent tal-Malti tagħhom jekk ikunu jridu jikkwalifikaw għall-fondi EPSO.
Il-funzjoni ta’ konsulent tal-Malti tista’ tinqeda minn persuni gradwati fis-suġġett mill-Università jew li jkunu ġeneralment aċċettati bħala persuni li jħaddmu sew l-użu tal-Malti.
Apparti l-ogħla livell fil-Malti, il-pubbliku jistenna l-ogħla livell f’kull suġġett ieħor preżentat fuq l-istazzjonijiet tal-PBS. Għalhekk il-Ministeru jissuġġerixxi lill-PBS li fil-PSI tesiġi li kull proposta imresqa tkun akkumpanjata mill-ismijiet ta’ persuni kwalifikati fis-suġġett. Per eżempju jekk il-proposta tkun għal programm dwar l-istorja tkun akkumpanjata minn persuna kwalifika fl-istorja. Irid isir kull sforz biex jinqered id-dilettantiżmu.
-
-
‘Dubbing’ ta’ programmi għall-Malti fuq TVM
-
Għal darb’oħra l-Ministeru irid jinkoraġġixxi li fl-iskeda jkun hemm programmi barranin maqlubin għall-Malti. Naturalment qegħdin nirreferu għal programmi li ma jkunx jeħtiġilhom lip synching. B’dan il-mod it-telespettaturi jgawdu mit-talent lokali u barrani fl-istess waqt.
L-iddabjar tal-programmi għall-Malti jaqdi kemm funzjoni soċjali kif ukoll jipprovdi lill-produtturi indipendenti b’opportunità ta’ espansjoni f’qasam relattivament mhux esplojtjat. Il-faxxa tal-programmi għat-tfal kif wkoll programmi edukattivi u dokumentarji huma fost il-ġeneri li partikolarment jistgħu jiggwadanjaw minn policy li tinkuraggixxi l-iddabbjar tal-programmi għal Malti.
Sfortunatament dan il-provediment ma tqiegħedx fil-prattika fl-iskeda Ottubru 2006 – Ġunju 2007. Il-Ministeru jinkoraġġixxi lill-PBS li tagħmel sforz akbar din is-sena biex fl-iskeda ta’ TVM ikun hemm programmi maqluba għall-Malti. Il-Ministeru irid li mill-anqas 5% tal-kontribuzzjoni ta’ l-EPSO tintefaq fuq produzzjonijiet dubbed għall-Malti.
Jekk għal xi raġuni jew oħra dan ma jseħħx allura l-Ministeru jżomm id-dritt li dawn il-fondi jew jgħaddihom fuq xi ġeneru ieħor jew jeħodhom lura u jużahom għal xi inizjattiva oħra marbuta max-xandir.
-
-
Policy kontra r-ripetizzjoni tal-programmi
-
Għall-iskedi Ottubru 2005 – Ġunju 2006 fuq TVM il-Bord tad-Diretturi tal-PBS kien aċċetta rakkomandazzjoni li saret fl-ewwel Rapport Annwali tal-Bord Editorjali u ġiet adottata policy kontra r-ripetizzjoni tal-programmi. Fil-fatt f’dawk l-iskedi l-ammont ta’ ħin għal ripetizzjonijiet kien baxx ħafna u l-Bord Editorjali, fit-tieni Rapport Annwali tiegħu kien iddeskriva din il-policy bħala qabża pożittiva fil-kwalità. B’riżulat ta’ din id-deċiżjoni tal-bordijiet tal-PBS it-telespettaturi kellhom il-vantaġġ li gawdew minn aktar programmi.
Il-Ministeru anke din is-sena jrid li jiskoraġġixxi li programmi jkunu ntennija. Għalhekk il-Ministeru mhux se jħalli li flus mill-kontribuzzjoni EPSO jingħataw għal repeats fuq TVM.
Il-Ministeru jkun lest li jikkunsidra li ma japplikax din ir-regola f’xi każ eċċezzjonali biss u jekk qabel jibda jixxandar dak il-programm il-Bord Editorjali jressaq talba f’dan is-sens fejn jispjega għaliex f’dan il-każ partikolari għandha ssir eċċezzjoni.
Din il-policy tirrigwarda programmi li jkunu ripetuti fl-istess skeda fejn il-programm ikun oriġinarjament qed jintwera.
Hemm wkoll is-sitwazzjoni fejn programm muri f’xi skeda bejn l-iskeda Ottubru u Ġunju jiġi ripetut fl-iskeda bejn Lulju u Settembru. Huwa fatt aċċettat li fl-iskedi tas-sajf ikun hemm ammont ta’ ripetizzjonijiet ta’ programmi murija tul l-iskedi fil-bqija tas-sena. Il-PBS hija konxja, iżda, li dan l-ammont għandu jkun limitat tant li f’ Ġunju 2005 kienet ħadet policy biex l-ammont ta’ programmi ripetuti fis-sajf ikun wieħed limitat. Il-PBS kienet iddikjarat li t-telespettaturi għandhom dritt għal skeda varjata anke tul is-sajf.
Il-Ministeru jixtieq isaħħaħ din il-policy tal-PBS u biex jgħinha twettaq din id-deċiżjoni jrid li mill-anqas 7% tal-kontribuzzjoni għandha tmur għall-programmi EPSO li jsiru fl-iskeda ta’ bejn Lulju u Settembru.
Il-Ministeru jagħti direttivi dwar xi jkun irid fl-iskeda tas-sajf meta jasal il-waqt.
-
-
Importanza lill-istazzjonijiet tar-radju
-
L-istazzjonijiet tar-radju tal-PBS huma importanti ħafna u rridu noqgħodu attenti biex ma nħallux l-importanza tagħhom tonqos minħabba l-isforzi li jintefgħu fuq it-televiżjoni.
Għalhekk il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Gvern għandha titqassam b’mod li ma jiġux traskurati l-programmi EPSO fuq Radju Malta u l-element EPSO ta’ Magic FM/Radju Parlament.
Il-Ministeru lest jiffinanzja il-programmi EPSO fuq l-istazzjonijiet tar-radju b’somma li tlaħħaq mill-anqas 12% tal-kontribuzzjoni tal-Gvern.
-
-
Budget għall-kontinġenzi
-
Il-Ministeru qed jalloka 2% tal-kontribuzzjoni EPSO għall-programmi li jkollhom isiru minħabba kontinġenzi li jistgħu jinqalgħu matul is-sena fir-rigward ta’ programmi EPSO li ma jkunux ippjanati iżda li l-Bord Editorjali jkun favur li jsiru. Jekk ma jinqalgħux kontinġenzi sa Marzu dawn il-flus għandhom jew jiżdiedu mal-flus għall-programmi tul is-sajf jew inkella għall-proġetti/programmi miftiehma mal-Ministeru.
-
-
Programmi mogħtija b’xejn
-
Fil-każ ta’ programmi mogħtija b’xejn lill-PBS din normalment tkun mistennija li għandha tkopri l-overheads u spejjeż oħra ta’ trasmissjoni mir-reklamar. F’dawn il-każi, normalment, m’għandhomx jingħataw flus ta’ l-EPSO. Eċċezzjoni tista’ tkun jekk jintwera li l-flus se jmorru biex b’xi mod togħla l-kwalità jew jekk dan il-programm ma jkunx raġonevolment mistenni li jinġabru reklami għalih u allura ma jkunx jista’ jixxandar jekk ma tingħatax kontribuzzjoni.
Meta l-Gvern jaċċetta li jagħti flus mill-Kontribuzzjoni EPSO għal xi programm allura jibqa’ l-prinċipju li l-motodoloġija ta’ accounting użata ma tagħmel l-ebda diskriminazzjoni mal-programm EPSO li f’dan ir-rigward ikunu trattati bħall-programmi kummerċjali.
-
-
Programmi maħduma mill-PBS
-
Il-Ministeru jinnota li tul is-sena 2006-2007 ma kienx kienx hemm programmi fuq TVM imtella’ mid-Dipartiment tal-Programmi u mid-Dipartiment ta’ l-Aħbarijiet (apparti l-bullettini ta’ l-aħbarijiet li huma kontribut kbir mill-istazzjonijiet tal-PBS) f’ħinijiet normalment popolari ħafna mat-telespettaturi.
Il-Ministeru jawgura li l-PBS jirnexxielha ssolvi d-diffikultajiet li wasslu għal dan biex wara l-ħrug tal-Programme Statement of Intent dawn id-dipartimenti jkunu f’pożizzjoni li, fl-ambitu tal-PNX, jikkonkorru għall-programmi dwar l-oqsma rispettivi tagħhom u li jkunu se jipproduċuhom huma jew flimkien ma’ produtturi oħra.
Il-Ministeru jawgura li dawn il-proposti jkunu ta’ livell tali li anke jirbħu l-possibilità li jixxandru fi prima jew seconda serata.
-
-
Koperazzjoni ma’ Campus FM u Channel 22
-
Il-Ministeru jinnota b’mod pożittiv il-koperazzjoni u s-sinerġija li l-PBS qed tagħmel ma’ Campus FM u ma’ Channel 22 fid-dawl ta’ dak mitlub mill-PNX. Il-Ministeru jinkoraġġixxi lit-tliet organizzazjonijiet li jkabbru din il-koperazzjoni.
3. Direttivi dwar programmi EPSO ġeneru ġeneru
F’din it-taqsima napplikaw il-linji ġenerali li semmejna hawn fuq u il-provvedimenti għall-PNX għal ġeneri differenti ta’ programmi2.
Il-PNX taqsam il-programmi EPSO fi tnax il-kategorija li waħda minnhom, jiġifieri x-xandir tal-dibattiti regolari tal-Parlament, tgħodd biss għall-istazzjonijiet tar-radju. F’dan id-dokument qegħdin għal darb’oħra ngħaqqdu flimkien xi kategorija minħabba x-xebh ta’ bejniethom u allura qed naqsmu l-flus fuq tmien kategoriji.
3.1 Programmi għat-tfal:
Il-programmi għat-tfal huma ta’ importanza partikolari għall-Ministeru u għal darb’oħra lest li jagħti kontribuzzjoni sostanzjali għalihom.
Il-Ministeru japprezza l-ħidma li saret mill-Kummissjarju għat-Tfal u mill-Awtorità tax-Xandir favur programmi ta’ kwalità aħjar għat-tfal u jistieden lill-produtturi li se jagħmlu proposti għal dawn il-programmi biex jiflu l-konklużjonijiet, il-proposti u s-suġġerimenti li hemm fil-pubblikazzjoni ta’ l-Awtorità tax-Xandir u tal-Kummissarju għat-Tfal bit-titlu “Programmi ta’ Kwalità għat-Tfal.”
Huwa mistenni, per eżempju, li programmi ta’ kwalità ikollhom skripts mirquma u b’Malti tajjeb. Mhux aċċettabbli li jibqgħu jittellgħu programmi mingħajr skripts u b’Malti mhux tajjeb.
Il-programmi għat-tfal għandu ikun fihom element edukattiv qawwi iggwidat mill-oġġettivi tal-Kurrikulum Minimu Nazzjonali. Iżda dan l-element edukattiv għandu jkun tradott tajjeb fl-lingwaġġ televiżiv biex il-programmi tali t-tfal jieħdu gost jarawhom.
Għal dan il-għan il-Ministeru jistieden lill-PBS biex fil-Programme Statement of Intent tesiġi li l-produtturi tal-programmi għat-tfal jippreżentaw skripts mal-proposta li jressqu. Jistieden lill-PBS biex tesiġi wkoll li l-programmi tat-tfal jitmexxew fuq il-Linji Gwida ta’ l-Awtorità tax-Xandir dwar dan is-suġġett. Dawn il-Linji Gwida għandhom jgħinu biex togħla l-kwalità tal-programmi tat-tfal u biex forsi tibda tonqos il-perċezzjoni li l-kwalità tal-programmi għat-tfal hija ta’ natura inferjuri.
Il-Ministeru jistenna li d-dritt tat-tfal għall-programmi ta’ kwalità m’għandux ikun kompromess biex jiġu akkomodati produzzjonijiet lokali mhux ta’ kwalità għolja.
Il-programmi għat-tfal fuq l-istazzjonijiet tal-PBS jitqassmu b’mod li jolqtu lit-tfal ta’ etajiet differenti: mit-tfal f’età ta’ qabel l-iskola sa adolexxenti ta’ ħmistax il-sena.
F’dan il-qasam il-Ministeru jitlob li ġej
-
Fuq Radju Malta għandu jkun hemm mill-anqas kwarta kuljum dedikata għall-programmi għat-tfal mit-Tnejn sas-Sibt.
-
Fuq TVM:
-
jirreġistra d-diżappunt tiegħu li tul is-sena 2006-7 ma nstabx li kien possibbli li jiġu preżentati programmi barranin maqluba għall-Malti minkejja li jidher li kien hemm proposti editorjalment validi. Għalhekk il-Ministeru jistenna li l-produtturi indipendenti jippreżentaw proposti validi f’dan ir-rigward biex mill-anqas siegħa fil-ġimgħa ta’ programmi għat-tfal ikunu programmi maqluba għall-Malti.
-
il-ħin dedikat għall-programmi tat-tfal mis-7.00 a.m. ’l quddiem ma jkunx anqas mill-ammont ta’ ħin dedikat għalihom fl-iskeda ta’ dawn l-aħħar sentejn.
-
Għandu jkun hemm taħlita bejn produzzjonijiet barranin u dawk Maltin fuq l-istess linja ta’ l-iskeda Ottubru 2005 – Ġunju 2006.
3.2 Trasmissjoni ta’ ġrajjiet ta’ karattru nazzjonali
Il-lista ta’ l-avvenimenti meqjusa mill-Ministeru bħala ġrajjiet ta’ karattru nazzjonali tirrifletti aspetti, gosti u dimensjonijiet differenti tal-karattru nazzjonali. Uħud mill-okkażżjonijiet ilhom stabbiliti snin. Oħrajn żdiedu pjuttost riċentement. Mal-lista tas-sena li għaddiet qed inżidu avveniment ieħor li jirrifletti inizjattiva ġdida tal-Ministeru għall-Kultura li intlaqat mill-pubbliku Malti bi ħġaru. Qed nirreferu għal avvenimenti bħal Notte Bianca.
Qegħdin nitolbu wkoll li jkun hemm trasmissjonijiet ta’ karattru nazzjonali anke fuq Radju Malta.
Dawn l-avvenimenti għandhom jitwasslu lit-telespettaturi u lis-semmiegħa Maltin jew b’mod dirett jew b’mod rikordjat iżda sħaħ jew b’mod rikordjat iżda edited. Dawk li sa issa kienu jixxandru b’mod dirett għandhom jibqgħu jixxandru b’dan il-mod.
Din il-lista ma tissostitwix iżda tikkumplimenta “Lista ta’Ġrajjiet Ewlenin” pubblikata mill-Awtorita tax-Xandir.
F’dan il-qasam il-Ministeru jitlob ix-xandir ta’ dawn il-programmi:
-
Fuq Radju Malta:
-
Żewġ kunċerti ta’ l-Orkestra Nazzjonali li jistgħu jkunu l-istess kunċerti trasmessi fuq TVM.
-
Xi kummentarji diretti tal-Karnival bi ftehim mal-Kummissjoni li torganizzah.
-
Il-Festival ta’ l-Għana.
-
L-attivita’ ta’ “taħt it-tinda” fi żmien il-Milied u x-xandir tal-messaġġi fi żmien il-Milied mill-mexxejja Maltin.
-
Il-Final tal-Festival tal-Korijiet.
-
Kollegamenti diretti waqt l-attivitajiet ta’ l-“Iljieli” organizzati mill-Ministeru.
-
Fuq TVM
-
Tliet kunċerti ta’ l-Orkestra Nazzjonali inklużi il-Kunċert ta’ l-Epifanija u l-Kunċert ta’ l-Indipendenza.
-
Il-Karnival bi ftehim mal-Kummissjoni li torganizzah.
-
Il-Kanzunetta għall-Ewropa.
-
Il-festival ta’ l-Għana.
-
Il-Eurovision Song Contest.
-
Il-Junior European Song Contest.
-
Il-Jazz Festival.
-
L-attivita’ ta’ “taħt it-tinda” fi żmien il-Milied u x-xandir tal-messaġġi fi żmien il-Milied mill-mexxejja Maltin.
-
Il-Middle Sea Race.
-
Il-Military Tatoo.
-
Il-Final tal-Festival tal-Logħob tan-Nar.
-
Il-Final tal-Festival tal-Korijiet.
-
Mill-anqas programm ta’ siegħa dwar wieħed mill-“Iljieli” li qed jiġu organizzati mill-Ministeru.
3.3 Programmi edukattivi, kulturali u ta’ informazzjoni ġenerali
Din it-taqsima tiġbor fiha tliet katgoriji msemmija fil-Politika Nazzjonali dwar ix-Xandir: programmi edukattivi, programmi kulturali u programmi ta’ informazzjoni ġenerali. It-taqsima hija vasta ħafna iżda minħabba l-affinità li hemm bejn il-ġeneri qed jinġabru flimkien. Dokumentarji, magazines informattivi, docu-drama u slots edukattivi huma ftit mill-ġeneri li jaqgħu f’din il-kategorija. L-istess jgħodd għall-programmi li jkollhom bażi ta’ filmati barranin imżewġa ma’ element lokali.
F’dan il-kuntest il-Ministeru jfakkar f’dak li tgħid il-Politika Nazzjonali dwar ix-Xandir jiġifieri li l-programmi fuq l-istazzjonijiet tal-PBS b’mod partikolari dawk EPSO “should present a balanced picture of Maltese society and reflect the public’s varied interests, values, views, tastes and religious beliefs in the context of an evolving and changing society. The programmes transmitted should promote Maltese heritage, culture, the arts and language; enhance human dignity underpin the social cohesion and the quality of life and the environment.” (paġna 52)
Aktar ’l isfel il-Ministeru se jitlob programmi speċifiċi dwar diversi aspetti imsemmija fil-PNX. Apparti dawn, il-Ministeru jistenna li suġġetti importanti bħar-relazzjoni bejn il-ħajja familjari u x-xogħol; l-ugwaljanza bejn persuni ta’ sess differenti; il-familja; il-ħidma b’risq l-ambjent, id-drittijiet differenti (inklużi dawk għal benefiċċji) li għandna bħala ċittadini; opportunitajiet ta’ xogħol u studju jkunu trattati fi programmi jew parti minn programmi f’dawn it-tliet ġeneri fuq l-istazzjonijiet tal-PBS.
F’dan il-qasam il-Ministeru qiegħed jitlob li ġej.
-
Fuq Radju Malta.
-
Programm jew parti minn xi programm dwar il-lingwa Maltija.
-
Programm ta’ qari ta’ kotba bil-Malti u/jew bl-Ingliż. Dan jixxandar mill-anqas erba’ darbiet fil-ġimgħa.
-
Is-slot ta’ l-aħbarijiet kulturali li se jkun hemm fuq TVM għandu jigi adattat għar-radju u mxandar kuljum.
-
Slot ta’ madwar tliet minuti mill-anqas ħames darbiet fil-ġimgħa. Dawn is-slots jagħtu tagħrif ġenerali, edukattiv u dwar id-drittijiet u benefiċċju li l-Maltin huma intitolati għalihom. Mill-anqas 30% dwar drittijiet u benefiċċji li għandna bħala ċittadini Maltin.
-
Temi marbuta ma’ l-istorja ta’ pajjiżna għandhom ikunu trattati jew fi programm għalihom jew bħala parti minn xi ta programm ta’ informazjoni ġenerali.
-
Temi dwar l-ambjent naturali u/jew il-wirt kulturali/arkeoloġiku/storiku ta’ pajjiżna għandhom ikunu ittrattati jew fi programm għalihom jew bħala parti minn xi programm ieħor.
-
Programm ta’ 45 minuta dedikat għall-avvenimenti u ġrajjiet kulturali b’mod partikolari, iżda mhux esklussiv, dawn li jkunu qed iseħħu f’Malta. B’avvenimenti kulturali m’għandux ikun mifhum biss attivitajiet marbuta ma’ dik normalment imsejħa high culture. Il-programm għandu jkun tentattiv biex tiġi popolarizzata l-kultura u l-avvenimenti kulturali.
-
Magazine fin-nofs ta’ nhar ta’ filgħodu li l-parti l-kbira mill-ħin tiegħu tkun dedikata għal suġġetti ikunu suġġetti imsemmija aktar ’l fuq f’din it-taqsima (3.3). Dan il-programm, li mill-anqas jixxandar erba’ darbiet fil-ġimgħa, ikun eżempju ta’ xandir ta’ edukazzjoni informali.
-
Programm marbut ma’ temi dwar il-biedja u s-sajd mifhuma b’mod wiesgħa.
-
Fuq Magic FM.
-
Għandu jsir dak li titlob il-PNX minn 1066/Radju Parlament, jiġifieri “on-going permanent campaigns made through public service announcements and short blurbs of information on several topics e.g. against the excessive use of alcohol and the use of drugs; better diets; more active/sportive lifestyle; training opportunities.”
-
Fuq TVM
-
Mill-anqas programm wieħed b’ħin minimu ta’ 30 minuta għandu jkun produzzjoni barranija iddabbjata għall-Malti.
-
Mill-anqas programm wieħed b’ħin minimu ta’ 30 minuta għandu jkun dokumentarju li jittratta l-istorja ta’ pajjiżna.
-
Mill-anqas programm wieħed b’ħin minimu ta’ 30 minuta għandu jittratta l-ambjent naturali u/jew il-wirt kulturali/arkeoloġiku/storiku ta’ pajjiżna.
-
Programm ta’ 45 minuta dedikat għall-avvenimenti u ġrajjiet kulturali b’mod partikolari iżda mhux esklussiv dawn li jkunu qed iseħħu f’Malta. B’avvenimenti kulturali m’għandux ikun mifhum biss attivitajiet marbuta ma’ dik normalment imsejħa high culture. Il-programm għandu jkun tentattiv biex tiġi popolarizzata l-kultura u l-avvenimenti kulturali.
-
Slot ta’ xi żewġ minuti kuljum b’aħbarijjiet kulturali. Dan is-slot għandu jixxandar filgħodu u jkun ripetut qabel l-aħbarijiet tal-11.00p.m.
-
Slot ta’ madwar tliet minuti ħames darbiet fil-ġimgħa. Dawn is-slots jittrattaw storja, xjenza, ġeografija u tagħrif ġenerali ieħor. Mill-anqas 5% ta’ dawn is-slots għandhom ikunu dwar l-ilsien Malti u 10% dwar drittijiet u benefiċċji li għandna bħala ċittadini Maltin.
3.4 Programmi ta’ diskussjoni u programmi ta’ ġrajjiet kurrenti
Il-programmi ta’ diskussjoni u ta’ ġrajjiet kurrenti huma importanti ħafna għal stazzjon ta’ xandir ta’ servizz pubbliku. Fl-ambjent tal-mediascape lokali dawn it-tip ta’ programmi fuq il-PBS jakkwistaw importanza akbar. It-telespettaturi Maltin sena wara sena urew apprezzament qawwi ħafna għal dawn il-programmi li ġeneralment kienu prodotti għall-PBS minn produtturi indipendenti. Waqt li jagħraf dan il-kontribut siewi fil-passat u jtenni l-importanza tiegħu għall-ġejjieni l-Ministeru ma jistax ma jerġax jinkoraġġixxi lill-PBS (kif diġa għamilna aktar ’l fuq) biex tikkompeti hija wkoll bi proposti għal programmi ta’ dan it-tip.
Il-PNX titkellem b’mod ċar dwar il-programmi f’dawn il-ġeneri: “The news and current affairs programming of PBS Ltd should be characterised by high journalistic and ethical standards. Their core values should be accuracy, truthfulness, due impartiality, and editorial integrity.” (paġna 52)
Dan il-paragrafu jitkellem b’mod ċar ħafna dwar il-livell għoli li l-Gvern jistenna li l-bulettini ta’ l-aħbarijiet u l-programmi ta’ ġrajjiet kurrenti jilħqu. Dawn il-bulettini u l-programmi għandhom ikunu l-bandiera tax-xandir pubbliku. Il-PBS għandha tagħtihom importanza kbira u tara li jkunu mudell fil-kontenut, fil-livell ġurnalistiku u estetiku, fit-tul ta’ ħin tagħhom u fil-puntwalità rigoruża li jżommu – b’mod partikolari l-bulettini ta’ l-aħbarijiet.
F’dan il-qasam il-Ministeru qiegħed jitlob li ġej:
-
Fuq Radju Malta
-
Programm ta’ ġrajjiet kurrenti mill-anqas ta’ 30 minuta.
-
Programmi ta’ diskussjoni ta’ mill-anqas siegħa. Is-suġġetti magħżula għandhom ikunu ta’ natura soċjali, kulturali, ġrajjiet kurrenti eċċ.
-
Analiżi tal-gazzetti kuljum.
-
Programm, jew parti twila minn xi programmi, li tkun dedikata għal suġġetti marbuta ma’ l-Unjoni Ewropea.
-
Programm, jew parti twila minn xi programmi, li tkun dedikata għal suġġetti marbuta mal-Parlament.
-
Fuq TVM
-
Il-ħin dedikat għal dan it-tip ta’ programmi m’għandux ikun anqas milli kien f’dawn l-aħħar sentejn.
-
Il-programm, jew programmi ta’ diskussjoni, għandhom ikunu prinċipalment bażati fi studio iżda jkollhom materjal barra mill-istudio. Dawn il-programmi għandhom jittrattaw varjetà ta’ suġġetti fosthom dawk marbuta ma’ ġrajjiet kurrenti, il-ħajja soċjali, l-ekonomija, l-ambjent u suġġetti ta’ interess ġenerali.
-
Il-programm, jew programmi ta’ ġrajjiet kurrenti ikunu prinċipalment maħduma barra mill-istudio u ġeneralment jkollhom forma ta’ magazine. Il-ġurnalismu investigattiv għandu jkun enfasizzat.
-
Wieħed mill-programmi jrid ikollu minimu ta’ 60 minuta.
-
Għandu jkun hemm programm wieħed li jiffoka fuq ir-relazzjoni ta’ Malta ma’ l-Unjoni Ewropea.
3.5 Programmi ta’ drama
Il-drama bil-Malti hija popolari ma’ l-udjenzi. Minħabba f’hekk għandha tgħin lill-PBS tikseb l-udjenzi li jsaħħu l-pożizzjoni tagħha fil-mediascape lokali. Għandha tgħin lill-PBS wkoll biex tikseb reklamar li jsaħħaħ is-sostenibbiltà finanzjarja tagħha. Il-Ministeru japprezza l-isforzi tal-PBS biex tkattar id-dħul mir-reklamar.
Imbagħad, jekk id-drama, kif jesiġu kemm il-Ministeru kif wkoll il-PBS, tkun ta’ kwalità tkun qed tgħin biex jogħla l-livell kulturali ta’ l-udjenzi. Din hija waħda mir-raġunijiet l-aktar importanti li jiġġustifikaw l-eżistenza tax-xandir ta’ servizz pubbliku.
F’dan il-qasam wkoll il-PBS għandha tkun l-organizzazjoni ewlenija fl-ammont ta’ ħin ta’ drama li xxandar u fil-livell għoli li jkollha.
F’dan il-qasam il-Ministeru qiegħed jitlob li ġej:
-
Fuq Radju Malta
-
Għandu jkun hemm element ta’ drama bil-Malti fuq Radju Malta. Dan m’għandux ikun anqas minn nofs siegħa fil-ġimgħa.
-
Fuq TVM
-
ikun hemm żewġ serati fil-ġimgħa li jkollhom drama.
-
Waħda minn dawn id-drama għandha possibilment tkun imsejsa fuq il-kitba ta’ xi awtur Malti ta’ fama.
-
Il-PSI tinkiteb b’mod li jkun ċar ħafna li tista’ tintefa’ proposta għal mini series ta’ drama jew inkella għal sensiela ta’ drama li tkun tikkonsisti mhux fi storja li tkompli iżda fuq episodji mhux marbuta ma’ xulxin.
3.6. Programmi li jiffukaw fuq Għawdex u komunitajiet Maltin barra
F’dan il-ġeneru l-Ministeru jrid li l-PBS tipprovdi:
-
Fuq Radju Malta
-
Għandu jkun hemm programm dwar Għawdex u ieħor dwar l-emigranti Maltin.
-
Fuq TVM
-
Programm ta’ 30 minuta darba fil-ġimgħa li jittratta l-ħajja f’Għawdex.
-
Mill-anqas għall-iskeda bejn Ottubru u Ġunju għandu jkun hemm programm ta’ 30 minuta li jixxandar darba fil-ġimgħa dwar komunitajiet Maltin barra minn xtutna. F’dan il-programm jew fis-sensiela ta’ programmi li jixxandru għandha tiġi ttrattata l-ħajja tal-komunitajiet Maltin f’pajjiżi differenti.
3.7 Programmi Reliġjużi
Il-programmi reliġjużi
Il-produtturi tax-xandir religjuż iridu jiggarantixxu li l-programmi jkunu jaqblu mat-tagħlim Kattoliku.
F’dan il-ġeneru l-Ministeru qed jitlob:
-
Fuq Radju Malta
-
Programm ta’ siegħa li prinċipament jittratta temi soċjo-morali u ta’ ġrajjiet kurrenti minn perspettiva nisranija. Il-programm jinkludi taqsima ta’ xi 10 minuti li tispjega l-liturġija tal-Ħadd.
-
It-trasmissjoni tal-Quddiesa ta’ nofs il-lejl fil-Milied.
-
It-trasmissjoni taċ-ċelebrazzjoni tal-liturgija tal-Ġimgħa l-Kbira u tal-purċissjoni li toħrog warajha.
-
Ir-Rużarju kuljum.
-
Ix-xandir tal-quddiesa ta’ nhar ta’ Ħadd, preferibbilment minn knejjes differenti bħal ma qed isir fuq TVM b’riżultati tant pożittivi u b’livell tant ogħla minn dak li kien isir qabel.
-
Ix-xandir tal-quddiesa f’mill-anqas żewġ festi kmandati.
-
Fuq TVM
-
programm ta’ 45 minuta li jittratta l-aktar problemi soċjo-morali u kwistjonijiet kurrenti mill-perspettiva nisranija.
-
Programm ta’ mhux anqas minn 10 minuti kull ġimgħa li jispjega l-liturġija tal-Ħadd.
-
It-trasmissjoni tal-Quddiesa ta’ nofs il-lejl fil-Milied.
-
It-trasmissjoni taċ-ċelebrazzjoni tal-liturgija tal-Ġimgħa l-Kbira u tal-purċissjoni li toħrog warajha.
-
Ix-xandir tal-quddiesa ta’ nhar ta’ Ħadd, preferibbilment minn knejjes differenti.
3.8 Ix-xandir regolari mill-Parlament
Il-PNX tobbliga lill-PBS li xxandar regolarment is-seduti tal-Parlament fuq wieħed mill-istazzjonijiet tar-radju.
4. Konklużjoni
Kif diġa għidna, dan l-eżerċizzju qed isir għat-tielet darba. L-esperjenza urietna li matul is-sena x’aktarx li jkun meħtieġ xi reviżjonijiet. Il-Ministeru u l-PBS jiltaqgħu regolarment biex jiddiskutu s-sitwazjoni li tkun qed tevolvi. Insemmu ċerti mumenti importanti meta jsiru dawn il-laqgħat.
-
Wara li l-Bord Editorjali jlesti l-proċess ta’ aġġudikar tas-sottomissjonijiet li jidħlu wara l-pubblikazzjoni tal-Programme Statement of Intent, il-PBS u l-MTAC jirrevedu s-sitwazzjoni kif tirriżulta f’dak il-ħin. Jista’ jinstab li l-proposti li ġew preżentati mill-produtturi indipendenti ma jkunux issodisfaw il-ħtiġiet kollha mitluba f’dawn id-direttivi, għalhekk jista’ ikun meħtieġ, li l-Ministeru jirrevedi l-ħtiġiet li qed jitlob lill-PBS.
-
Fi Frar il-Ministeru u l-PBS jirrevedu l-qagħda tal-programmar u tal-kontribuzzjoni EPSO fid-dawl ta’ kriterji editorjali u finanzjarju. Jekk meħtieġ il-Ministeru jagħmel tibdil fit-talbiet tiegħu basta jibqa’ fil-parametri ta’ paragrafu 7 paġna 18 tal-PNX.”
Il-Ministeru jħossu sieħeb mal-PBS Ltd fit-twettieq tar-responsabbiltajiet tiegħu biex l-istess PBS Ltd tkun l-aħjar xandar f’pajjiżna u biex il-pubbliku jieħu l-aqwa servizz mill-flus li jagħti l-Gvern.
Il-Ministeru jemmen li bil-koperazzjoni sħiħa tal-PBS dawn id-direttivi jgħinu biex dan iseħħ.
1 Il-PNX tispjega fid-dettal (ara paġni 15-16) x’inkuma dawn it-tip ta’ programmi. Dawn jinkludu, fost l-oħrajn, drama bil-Malti, programmi tat-tfal, reliġjużi u edukattivi u programmi ta’ diskussjoni u ġrajjiet kurrenti.
2 Jekk mhux speċifikat mod ieħor kull riferenza li ssir għall-programm tfisser li l-programm għandu jsir darba fil-ġimgħa.
NO. 0402
Jum Nazzjonali taż-Żgħażagħ: Iż-żgħAżagħ Ewropej jiċċelebraw il-50 Anniversarju mit-twaqqif ta’ l-UE
“Il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ jħeġġeġ is-sehem taż-żgħażagħ fis-soċjeta’ u jirrikonoxxi l-kontribut taż-żgħażagħ fid-dinja tax-xogħol, fil-qasam studentesk, fir-riċerka u fil-volontarjat. Din il-ġimgħa hija waħda speċjali mhux biss għaż-żgħażagħ Maltin li qed jiċċelebraw il-Jum Nazzjonali taż-Żgħażagħ iżda anke għaż-żgħażagħ Ewropej. Lejn tmiem din il-ġimgħa ser ikun qed jiġi ċelebrat il-50 Anniversarju ta’ l-UE u għal din l-okkazjoni speċjali, ż-żgħażagħ Ewropej se jiltaqgħu f’Ruma bejn it-23 u l-25 ta’ Marzu biex jiddiskutu l-futur ta’ l-Unjoni Ewropea. Wara jifformulaw dokument finali li jiġi ppreżentat lil mexxejja tas-27 pajjiż membru ta’ l-UE. Fid-dawl ta’ dan kollu, l-KNŻ iħeġġeġ liż-żgħażagħ jagħtu sehemhom fl-għaqdiet lokali filwaqt li jagħmlu l-aħjar użu mill-opportunitatjiet li toffri l-Unjoni Ewropea.” Dan qalitu l-President tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ Alessia Zammit meta dalgħodu l-kunsill iltaqa’ mal-Ministru responsabbli miż-żgħażagħ, Louis Galea.
Hi qalet li fil-ħidma tiegħu, l-KNŻ qed jagħti sehem sħiħ fil-kampanja ta’ l-UE, ‘Ilkoll Differenti, Ilkoll Indaqs’ u dan għaliex jemmen li ż-żgħażagħ għandhom ikollhom opportunitajiet indaqs u m’għandhomx jiġu ddiskriminati fuq bażi ta’ razza, sess, reliġjon, orjentazzjoni sesswali, eta’ jew disabilita’. Għalhekk il-KNŻ jawgura xewqat sbieħ liż-żagħzagħ kollha f’dan il-jum specjali, iżda jsellem b’mod speċjali liż-żgħażagħ fl-isptarijiet, fil-faċilitajiet korrettivi u fil-postijiet ta’ riabilitazjoni. Hi qalet li biex jassigura li jaħdem favur iż-żgħażagħ kollha, l-eżekuttiv il-ġdid tal-KNŻ, f’dawn il-jiem se jzur xi żgħażagħ fis-soċjeta’ sabiex jiddentifika b’mod aktar prattiku l-bżonnijiet ta’ dawn iz-żgħażagħ.
Hi qalet ukoll li matul din il-ġimgha il-KNŻ se jkun qed jippublika wkoll il-pjan ta’ ħidma tiegħu li jiġbor fih attivitajiet sportivi, kulturali, u internazzjonali kif ukoll pjanijiet oħra li permezz tagħhom, il-KNŻ ikun qed jagħti sehem attiv anke fl-avvenimenti nazzjonali.
Il-Ministru Galea qal li ż-żgħażagħ Maltin iridu jkollhom viżjoni fit-tul kemm fuq livell personali kif ukoll fuq livell nazzjonali. “Pajjiż li jrid jibqa’ jimxi l-quddiem, pajjiż li jrid joffri l-aqwa kwalità ta’ ħajja, irid ikompli jiġġedded kontinwament u jħares il-quddiem b’ottimiżmu u b’kawtela; imma konvint mill-ħiliet tiegħu u tan-nies tiegħu li dawn ukoll ikunu viżjonarji, kreattivi, ħawtiela u innovattivi.”
Louis Galea qal li l-Gvern dejjem emmen li l-ekonomija tal-pajjiż hi mibnija fuq l-edukazzjoni tal-poplu. Hu qal li n-numru ta’ żgħażagħ li qed ikomplu jistudjaw qed jiżdied bil-figura titla għal madwar 70% ta’ dawk li għandhom 17-il sena ikomplu f’xi istituzzjoni edukattiva. Il-MCAST u l-Università kibru biex jilqgħu aktar studenti u qed jippjanaw biex l-ammont ta’ studenti jiżdied b’mod sostanzjali fis-snin li ġejjin. Din is-sena l-Gvern daħal fi ftehim ma istituzzjonijiet privati biex dawk kollha li applikaw għal korsijiet ta’ l-ICT ma’ l-MCAST setgħu jibdew il-kors. Hu qal li l-Gvern baqa’ jappoġġja lill-istudenti permezz ta’ l-għotjiet ta’ manteniment u ta aktar għajnuna lil dawk li l-aktar għandhom bżonn, filwaqt li offra inċentiv lil dawk l-istudenti li qed isegwu korsijiet tax-xjenza permezz ta’ għotjiet supplimentari.
Il-Ministru Galea tkellem ukoll dwar ix-xogħol li huwa żgur l-ewwel priorità għall-parti l-kbira taż-żgħażagħ. “Il-Gvern qed jaħdem biex l-ewwel net iħarreġ liż-żgħażagħ sa l-għola livelli u t-tieni billi jiġbed lejn pajjiżna investiment u xogħol. L-istituzzjonijiet edukattivi qed jaħdmu wkoll biex joqorbu dejjem aktar lejn id-dinja tax-xogħol biex l-istudenti ikunu aktar preparati għad-dinja tax-xogħol.” Hu fakkar kif mill-2004 ‘l hawn, dawk jirreġistraw naqsu b’kważi 1500. Il-Gvern qed jaħdem biex l-ekonomija tal-pajjiż tiġġenera biżżejjed xogħol biex mhux biss dawk li joħorġu mill-iskola jsibu x-xogħol, imma wkoll biex dawk qiegħda jsibu mpjieg.
Louis Galea tkellem ukoll mal-KNZ dwar ir-rwol importanti tan-nisa fis-soċjetà u fl-ekonomija tal-pajjiż u qal li qed issir ħidma biex aktar nisa ikollhom opportunitajiet ta’ xogħol u biex ikun hemm l-appoġġ meħtieġ biex iż-żewġ ġenituri jkunu jistgħu isegwu l-karrieri tagħhom partikolarment bl-iżvilupp li qed isir fil-qasam taċ-Childcare u l-edukazzjoni bikrija.
Huwa fatt li dawk li huma qegħda jew li jsibuha diffiċli li jsibu xogħol huma l-aktar nies li għandhom livell baxx ta’ edukazzjoni jew saħansitra m’għandhomx edukazzjoni bażika. Huwa wkoll fatt li ftit huma dawk li jiggradwaw u ma jsibux ix-xogħol mill-ewwel u l-parti l-kbira jsibu x-xogħol wara ftit żmien.
Minbarra l-iskemi li toffri l-ETC kemm f’apprentistati kif ukoll għal dawk iż-żgħażagħ li jtemmu l-edukazzjoni tagħhom, bħala membri ta’ l-UE qed ingawdu minn fondi għal skemi oħrajn maħsuba biex ż-żgħażagħ isibu x-xogħol. Diversi żgħażagħ li temmew l-iskola mingħajr ħiliet bażiċi jew li kellhom problemi ta’ litteriżmu, ingħataw għajnuna u taħriġ biex isibu x-xogħol. L-ETC qed toffri wkoll għajnuna lil dawk li qed ifittxu esperjenza ta’ xogħol fl-Ewropa permezz tas-servizz tal-EURES.
Il-President tal-KNZ semmiet kif il-Kunsill mistenni ikompli jibni fuq dak li wettqu kunsilli ta’ qabel u li din is-sena l-kunsill se jiffoka b’mod partikolari fuq il-kultura u l-isport. Louis Galea qal li jemmen li dawn huma żewġ oqsma li fihom ż-żgħażagħ għandhom kontribut qawwi x’jagħtu. Dwar il-kultura hu qal li pajjiżna għandu storja u kultura unika fir-reġjun u dan jagħtina vantaġġ komparattiv jekk nagħrfu nitlaqqmu minnha u nkomplu niżviluppawa għall-futur. Dwar l-isport il-Ministru qal li rridu nħarsu lejn l-isport mhux biss bħala kompetizzjoni imma bħala stil ta’ ħajja li tinkludi ammont ta’ ħin kull jum jew fil-ġimgħa fejn nipprattikaw xi sport. Hu fakkar kif il-Gvern kompla jinvesti fil-qasam ta’ l-isport kemm billi kompla jtejjeb il-faċilitajiet tiegħu kif ukoll billi joffri skemi u programmi għal kulħadd. Il-Gvern qed jinvesti f’diversi faċilitajiet sportivi fl-iskejjel li qed jimmodernizza u dawn se jkunu jistgħu jintużaw mill-komunitajiet tal-madwar. Il-Kunsill Malti għall-Isport qed jorganizza diversi skemi fosthom l-iskola sport, il-girls on the move, u sport għall-komunità. Il-Gvern qed jaħdem ukoll biex jinseġ flimkien l-iskejjel ta’ l-Arti, tal-Mużika u tad-Drama biex dawn joffru taħriġ interdixxiplinari u jtejjbu l-kwalità tat-taħriġ li jagħtu.
Pajjiżna kommess li jipprovdi opportunitajiet indaqs għal kulħadd. L-edukazzjoni inklużiva ġabet bidliet kbar kemm fil-mod kif inħarsu lejn persuni b’diżabilità u wasslet biex nindunaw x’potenzjal għandhom u b’hekk kif jistgħu jipparteċipaw fis-soċjetà u l-ekonomija. Il-Gvern qed jaħdem fuq diversi rakkomandazzjonijiet tar-rapport Spiteri dwar l-edukazzjoni speċjali u inklużiva. Qed issir ukoll ħidma biex tfal u żgħażagħ jikbru b’aktar tolleranza lejn dak li huwa barrani jew differenti minnhom u biex ikollhom rispett lejn kulħadd.
Il-Ministru semma wkoll iż-żgħażagħ Għawdxin li jingħataw attenzjoni patikolari. Hu qal li l-Gvern kattar l-għajnuna li joffri lill-istudenti Għawdxin partikolarment permezz ta’ l-għotjiet ta’ manteniment. Komplew jiżdiedu l-korsijiet offruti f’Għawdex mill-MCAST u l-Università u qed jinbena mill-ġdid l-ITS.
Louis Galea faħħar ukoll l-inizjattiva tal-Kunsill biex isiru il-kunsilli lokali taż-Żgħażagħ li jagħtu l-opportunità liż-żgħażagħ mil-lokalità biex flimkien mal-kunsilli lokali jaħdmu biex iġibu l-quddiem iż-żgħażagħ u l-lokalità tagħhom. L-iskejjel Sekondarji wkoll qed joffru l-opportunità lill-istudenti li jagħtu l-kontribut tagħhom fit-texxija ta’ l-iskola. Faħħar ukoll l-impenn tal-KNZ fl-Empowerment Centres li issa jinsabu f’B’Kara, Mosta, Qormi, Tarxien, Żurrieq, Fgura, Żejtun u fir-Rabat Għawdex. Hu fakkar li l-ewwel ‘empowerment centre’ infetaħ f’Birkirkara f’Marzu 2000. Dawn iċ-ċentri jipprovdu liż-żgħażagħ informazzjoni u taħriġ biex dawn ikunu jistgħu isibu x-xogħol partikolarment billi jħeġġu l-intrapriża.
Dwar l-appoġġ għaż-żgħażagħ, il-Ministru Galea qal li l-Gvern joffri appoġġ lill-organizzazjonijiet taż-żgħażagħ kemm b’mod finanzjarju kif ukoll permezz tar-riżorsi u informazzjoni biex ikunu jistgħu jwettqu l-ħidma tagħhom. Il-Gvern jagħti b’madwar Lm12,000 (€ 27,952) fis-sena taħt il-Youth Support Programme u jorganizza l-Għarfien Nazzjonali taż-Żgħażagħ biex jippremja lil dawk l-organizzazzjonijiet li jwettqu l-ħidma fost iż-żgħażagħ. Il-Gvern joffri wkoll appoġġ liż-żgħażagħ b’mod dirett biex ikomplu jitħarrġu permezz tal-Youth Specialisation Studies Scheme (ma’ l-APS) u l-Malta Government Scholarship Scheme li beda jħaddem is-sena li għaddiet b’għotjiet li laħħqu l-Lm200,000 (€ 465,874) u li se jerġgħu jingħataw din is-sena.
Il-Ministru Galea qal li permezz tal-Programmi Edukattivi ta’ l-UE, il-Gvern Malti nvesta miljuni ta’ liri fiż-żgħażagħ Maltin li gawdew minn opportunitajiet ta’ taħriġ u esperjenzi ta’ xogħol f’pajjiżi oħra fl-UE; kif ukoll permezz ta’ diversi proġetti. Taħt il-programm Socrates diversi skejjel sekondarji ipparteċipaw fi proġetti u taħt il-programm Erasmus mijiet ta’ studenti u edukaturi fil-livell ta’ l-edukazzjoni ogħla kellhom l-opportunità jkollhom esperjenzi f’istituzzjonijiet edukattivi fl-UE.
L-istudenti jistgħu ikomplu l-istudji tagħhom f’universitajiet Ewropej għal bejn 3 xhur u sena. Bejn l-2000 u l-2006, b’investiment ta’ €1.8m għamlu din l-esperjenza mat-800 student u mat-300 edukatur. Il-programm jaħseb ukoll biex ikun hemm kollaborazzjoni bejn l-universitajiet u biex jinħolqu networks tematiċi. Taħt il-Programm Leonardo Da Vinci, Malta żiedet b’mod sostanzjali kemm l-ammont ta’ fondi miksuba kif ukoll l-ammont ta’ persuni li jibbenefikaw minn dan il-programm. Fis-sena 2000 ingħataw €180,000 lil 191 benefiċjarju, filwaqt li s-sena li għaddiet, dawn żdiedu għal kważi nofs miljun Ewro lil 361 benefiċjarju. B’kollox aktar minn €2m ġew investiti fiż-żgħażagħ Maltin. Dan minbarra aktar minn €2m li ingħataw lil pajjiżna biex isiru diversi proġetti pilota. Taħt il-programm Leonardo da Vinci hemm ukoll l-uffiċċju tal-Euro Guidance li jipprovdi riżorsi u appoġġ lil dawk il-persuni li jkunu jridu jsibu xogħol f’xi pajjiż ieħor ta’ l-UE.
Minn meta beda jopera l-programm tal-YOUTH fl-2001, mijiet ta’ żgħażagħ Maltin kellhom l-opportunità li jiltaqgħu ma’ sħabhom żgħażagħ Ewropej u jieħdu sehem f’diversi proġetti. U bid-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea fl-2004, il-programm YOUTH ħa spinta finanzjarja qawwija.
Il-Programm tal-YOUTH huwa wieħed edukattiv u jiffoka fuq edukazzjoni nformali għal żgħażagħ bejn il-15 u l-25 sena. Il-programm hu mfassal biex jolqot il-gosti u l-interessi taż-żgħażagħ u l-youth workers, mhux biss billi joffrilhom għajnuna finanzjarja, iżda billi jipprovdi informazzjoni, taħriġ u opportunitajiet biex jiżviluppaw kollaborazzjoni u mobilità bejn pajjiżi Ewropej u pajjiżi oħrajn.
L-iskop tal-programm YOUTH hu li jżid l-inizjattiva taż-żgħażagħ fis-soċjetà, titneħħa kull tip ta’ diskriminazzjoni, razziżmu u xenofobja, u jkun hemm apprezzament tad-diversità bjen il-kulturi varji li jeżistu fl-Ewropa. Barra minn hekk kull sena tintagħżel tema differenti li l-proġetti jridu jiffukaw fuqha, per eżempju l-obeżità, l-isport u l-inklużjoni. Il-programm tal-YOUTH, li jikkonsisti f’ħames azzjonijiet, mill-2001 sal-lum, diġà għen lil 1,800 żagħżugħ u żagħżugħa Maltin, b’għajnuna finanzjarja mill-Unjoni Ewropea ta’ kważi € 3 m. L-azzjonijiet ivarjaw f’dak li joffru u jinkludu xogħol volontarju barra minn xtutna, proġetti għas-soċjetà u youth exchanges, bi prijorità lil dawk fil-marġini tas-soċjetà.
DOI – 21.03.2007
Welcome back to Kaizenlog.com, you may want to subscribe to my RSS feed , Twitter You can contact us by using the contact form or submitting a comment. You can also share this post with your friends by clicking on the 'ShareThis' button above. Thanks for visiting!
Print This Post






Entries (RSS)